avvizi parrocca

Avvizi – 21.08.2022

Avviżi – 21.08.2022 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija

1.   L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA.   Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum għal dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u kemm fl-isptarijiet u fl-emigranti.  Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom.

2.     Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 a.m.  Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem flimkien f’din iċ-ċelebrazzjoni bħala komunita’ parrokkjali.  Il-quddiesa li soltu tkun fil-11.00, tibda fil-11.15. 

3.     Infakkrukom fl-importanza li ma nipparkjawx vetturi fit-toroq li minnhom tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija.  Napprezzaw twasslu dan l-appell ukoll lill-qraba tagħkom.  

4.     Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija toħroġ fis-7.00 p.m.  Għall-ħabta tal-10.00 p.m. imbagħad nerġgħu niltaqgħu għad-dħul tal-purċissjoni u l-kant tal-Innu l-Kbir.  Wara, inħeġġiġkom biex inkunu flimkien fil-Knisja biex nirċievu l-Barka Sagramentali.

7.     Il-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-6.00 a.m. ma ssirx u l-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq. 

8.   Mit-tmiem tal-festa, il-Ħadd filgħaxija, u fl-ewwel jiem tal-ġimgħa d-dieħla jkollna bżonn ħafna għajnuna kemm fiż-żarmar fil-knisja u barra, fit-tiwi tad-damask u fit-tindif tal-knisja.  Napprezzaw ħafna dik id-daqqa t’id li tistgħu toffru.  Tiddejqux tavviċinawna.

9.  It-Tnejn, l-għada tal-festa, ikollna ħarġa ta’ ġurnata baħar, Little Armier.  It-tluq ikun fit-8.30 a.m.  U nhar il-Ħamis ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex u dakinhar nitilqu fis-7.00 a.m.  Trasport jitlaq minn ħdejn l-għassa.  Kitba għal dawn l-attivitajiet għand il-membri tal-fund-raising.   

10.  Avviżi oħra:

Infakkru lil min għadu ma tax is-sehem tiegħu għall-festa ta’ ġewwa biex ma joqgħodx lura.  Jista’ jħalli l-envelope fil-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.

Matul din il-ġimgħa:

–       28 persuna resqu biex jagħtu d-demm il-Ħadd li għadda.  Prosit.

–       25 hamper tqassmu lill-persuni fil-bżonn permezz tal-oġġetti li ġibtu l-knisja;

–       € 1,000 ingħataw lil Hospice Malta bħala ġabra ta’ karita’ fi żmien il-festa; u

–       € 30 daħlu bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla.  Grazzi.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.