avvizi parrocca

Avviżi – 04.09.2022

Avviżi – 04.09.2022  –  It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 04/09:
  • Il-ġabra fil-quddiesa hi dik speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar u se tkun għall-ispejjeż li l-parroċċa għandha biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Nirringrazzjakom tal-offerti tagħkom.

2. Infakkru li x-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru – Festa ta’ San Franġisk – hu ddedikat lil aktar għarfien u għall-ħarsien tal-ħolqien. “Isma’ leħen il‑ħolqien” hija t-tema li Papa Franġisku qed jipproponielna. Għalhekk tajjeb li nieħdu sehem f’diversi inizzjativi – kemm fuq livell personali u kemm fuq dak soċjali – li jqajmu aktar kuxjenza dwar il-ħolqien li fih ngħixu.

3. Il-Ħamis 08/09, Solennità tat-Twelid tal-Madonna – Marija Bambina.

  • Tajjeb li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Il-ħinijiet se jkunu bħal ta’ fost il-ġimgħa: fis-6.00 u 7.30 a.m. u filgħaxija fis-6.30. Ser inżidu wkoll quddiesa oħra fit-8.30 a.m.
  • Filgħaxija ser norganizzaw trasport għall-festa tal-Vitorja fil-Mellieħa. It-trasport jitlaq fil-5:30pm minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.

4. Il-Ġimgħa 09/09:

  • Fis-7:15pm – Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.

5. Avviżi oħra:

  • Ir-ritratt tal-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija, kemm tas-sena li għaddiet (2021) u kemm ta’ din is-sena (2022) jistgħu jinxtraw mis-sagristija.
  • Il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru filgħaxija l-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Maltese Night fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. L-attivita’ tinkludi tombla.

6. Avviżi marbutin mad-duttrina għal din is-sena:

  • Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ser isir il-ftuħ tas-sena tad-duttrina tat-tfal kollha li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. fil-Parroċċa tagħna. Għaldaqstant, ġenituri li għandhom tfal li se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina jew il-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla għandhom jirreġistraw lil uliedhom għad-duttrina. Ir-reġistrazzjoni ssir billi jitolbu 2 formoli mingħand is-Superjuri jew iniżżluhom online mill-paġni ta’ facebook tal-museumijiet stess – mhux minn tal-Parroċċa – u wara li jimlewhom sewwa u jhemżu ċ-ċertifikat tal-Magħmudija li jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-knisja fejn irċevew dan is-sagrament, jerġgħu jgħadduha lis-Superjuri mill-aktar fis. Dawk li ser ikun hemm xi tibdil fejn jattendu d-duttrina, mitluba jinfurmaw lis-superjuri wkoll. Għal din is-sena wkoll mhux ser ikun hemm il-klassi tal-Infantili (Yr 1).

Formoli jistgħu jinġabru f’dawn il-jiem u ħinijiet:

– Mill-Museum tas-Subien:

    1. It-Tnejn 19/09 – bejn is-7:00pm u t-8:00pm;
    2. It-Tlieta 20/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
    3. Il-Ħamis 22/09 – bejn is-7:00pm u t-8:00pm.

– Mill-Museum tal-Bniet:

  1. It-Tnejn 26/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
  2. It-Tlieta 27/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm;
  3. Il-Ħamis 29/09 – bejn is-6:30pm u t-8:00pm.

Dettalji oħra dwar meta ser ikunu l-jiem u l-ħinijiet tad-duttrina jinkisbu mingħand is-Superjuri u l-paġni ta’ facebook tal-Museumijiet fil-jiem li ġejjin.

  • Tajjeb napprezzaw l-isforzi li qed isiru fl-oqsma tal-Museumijiet biex ikunu fi stat tajjeb, kemm ta’ ndafa u kemm ta’ sigurtà. Nitlob lil min jista’ biex juri l-apprezzament tiegħu anke b’xi donazzjoni finanzjarja lis-Superjuri tal-Museumijiet tagħna biex ngħinuhom iwettqu l-missjoni tagħhom u jlaħħqu mal-ispejjeż ta’ kuljum u manutenzjoni. Niftakru li l-membri tal-M.U.S.E.U.M. jagħtu dan il-ħin mingħajr ma jieħdu xejn għall-ġid tat-tfal u l-adoloxxenti tagħna.

7. Matul din il-ġimgħa daħlu:

  • € 75 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.