Avviżi – 11.09.2022 – L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Mit-Tnejn (12/09) sal-Ħamis (15/09):
- L-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq.
- Il-Ħamis 15/09:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 16/09:
- Mis-7.30 p.m. ‘il quddiem il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi tombla, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Il-Ħadd 18/09, Jum l-Art Imqaddsa:
- Dakinhar ukoll il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli. Il-quddiesa tat-8.00am se tiġi ċċelebrata fl-Oratorju Salesjan u mhux fil-Knisja biex wara jiġi inawgurat ir-restawr tan-niċċa tal-Kunċizzjoni. Fis-7.30 p.m. ssir serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali.
- Il-Ġimgħa 23/09:
- Se norganizzaw Jesus Fest għat-tfal kollha tal-parroċċa fi tmiem il-vaganzi tas-sajf u qabel jirritornaw l-iskola. Fis-6.30pm jkollhom quddiesa fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien u wara logħob u xi ħaġa tajba tal-ikel.
- Avviżi oħra:
- Infakkar li r-ritratti tal-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija fi żmien il-festa, kemm tas-sena li għaddiet (2021) u kemm ta’ din is-sena (2022) jistgħu jinxtraw mis-sagristija.
- Nirringrazzja lil dawk kollha li qed jagħtu sehemhom fil-liturġija b’mod speċjali lil-letturi, animaturi u dawk li jmexxu l-kant fil-quddies. Xtaqt imma nħeġġeġ aktar nies ġodda biex jibdew jagħtu sehemhom f’dan l-aspett hekk importanti tal-parroċċa, kemm fil-quddies tal-Ħdud, kif ukoll dak ta’ matul il-ġimgħa. Dawk interessati għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
- It-Tlieta 13/09: Ir-reġjun tal-Punent, li l-lokalità tagħna tagħmel parti minnu, se jorganizza laqgħa ta’ għarfien dwar korsijiet offruti minn diversi istituzzjonijiet. Il-laqgħa hi maħsuba għal studenti maturi u nies avvanzati fl-età u se ssir bejn l-4.00 u s-7.00 p.m. fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi. Trasport se jkun provdut mingħajr ħlas, b’aktar dettalji mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 550 bħala ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-manutenzjoni
tal-koppla.
- € 495 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Grazzi.
Ikkummenta