avvizi parrocca

Avviżi – 16.10.2022

Avviżi – 16.10.2022  –  Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 16/10:
    • Mid-9.30am san-12.00pm isir seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2023, li jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
  2. It-Tlieta 18/10:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  3. L-Erbgħa 19/10:
    • Fil-5.00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius.
  4. Il-Ħamis 20/10:
    • Fis-7:30pm – Laqgħa fil-Knisja għall-ġenituri u l-parrini tal-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof.
  5. Il-Ġimgħa 21/10:
    • Fis-7:30pm – Laqgħa għall-Ġenituri tal-Abbatini fiċ-Ċentru.
  6. Is-Sibt 22/10:
    • Fis-6:30pm – Get together fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri u l-adoloxxenti subien li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof.
  7. Il-Ħadd 23/10, il-Ġurnata Missjunarja:
    • L-offerta fil-quddies tkun bil-għan li ngħinu lill-missjunarji fit-twettieq ta’ ħidma ta’ evanġelizazzjoni u ta’ karita’ f’diversi artijiet. Fid-djar irċevejtu bil-posta wkoll envelopes apposta li fihom tistgħu tibgħatu l-offerta tagħkom b’ċekk fil-posta lill-Uffiċċju Missjunarju jew tistgħu tħallu l-envelope b’donazzjonijiet mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-jiem inżommu f’talbna lill-missjunarji Maltin, fosthom Dun George Scerri mill-parroċċa tagħna li jinsab il-Peru’.
  8. Il-Ġimgħa 28/10:
    • Ikun l-aħħar Ġimgħa ta’ Ottubru, filgħaxija l-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija fiċ-Ċentru Parrokkjali li tinkludi wkoll tombla. Se jkun hemm ukoll servizz ta’ deliveries fid-djar. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa. Qed jintlaqgħu wkoll ordnijiet għal ħelu tradizzjonali tal-għadam ta’ Novembru.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 125 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.

✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.