avvizi parrocca

Avviżi – 30.10.2022

Avviżi – 30.10.2022  –  Il-31 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 30/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja (nhar is-26 ta’ Marzu 1939 mill-Isqof Mikiel Gonzi) u Jum il-Griżma tal-Isqof:
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
    • Fl-4.30pm – Quddiesa li fiha 39 adoloxxent – 24 subien u 15 bniet – mill-parroċċa tagħna se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Tajjeb li nżommu lil dawn l-adoloxxenti f’talbna.
  2. It-Tlieta 01/11, is-Solennità tal-Qaddisin kollha u t-72 anniversarju mid-Domma tal-Assunta:
    • Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal matul il-ġimgħa.
    • Fid-8.45am – Nofs ta’ nhar irtir organizzat mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat” f’Mount St Joseph. Min hu mħajjar jattendi tajjeb javża lill-membri tal-kumitat. It-trasport li jitlaq minn fejn l-għassa.
    • Il-Kummissjoni Tfal Dinglin qed jistiednu lit-tfal biex:
      • Fil-5:30pm – jinġabru fejn il-knisja u wara jduru xi toroq jiġbru xi donazzjonijiet u ħelu għal Dar Fra Diegu. Dawk li jixtiequ li t-tfal iħabbtulhom ipoġġu xemgħa mixgħula fit-tieqa u santa/statwa ta’ xi qaddis.
      • Fis-6:30pm – Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali ‘Regina Coeli‘ u bis-sehem tat-tfal li jkunu ħadu sehem fl-attività.
    • Mill-bidu tax-xahar id-dieħel l-ilma mbierek ser jerġa’ jibda jkun fil-ħwat apposta fejn il-bibien tal-knisja biex wieħed ikun jista’ jagħmel il-ġest li fih jiftakar fil-Magħmudija u fis-safa nisrani hekk kif jidħol fil-knisja. Il-parroċċa qed tibqa’ tipprovdi sanitizer ħdejn il-bibien bħala miżura ta’ iġjene.
    • Il-ġbir waqt il-quddies ser jerġa’ jibda jsir fil-ħin tal-offerti (u mhux kif kien qed isir dan l-aħħar żmien wara t-Tqarbin).
  3. L-Erbgħa 02/11, L-Għid tal-Imwiet – Nitolbu għal ħutna l-mejtin:
    • Filgħodu, il-quddies ikun f’dawn il-ħinijiet:
      • Fis-6:00am, fis-6:45am, u fis-7:30am.
    • Fis-6:30pm – Quddiesa li fiha niftakru b’mod partikulari f’ħutna li mietu tul din is-sena, u tkun animata mill-Kor Parrokkjali ‘Regina Coeli‘.
    • Infakkar li matul Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum: mis-7:30am sal-4:30pm.
    • Inħeġġu biex iż-żjajjar tagħna fiċ-Ċimiterju jkunu fuq kollox mumenti ta’ talb, rispett u ġabra. Importanti wkoll li tinżamm l-indafa bix-xemgħa moħlija u l-fjuri niexfa jitħallew f’bins li hemm apposta.
  4. Il-Ħamis 03/11:
    • Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 04/11, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu – Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom;
    • Fit-8:30am u fis-5:45pm – Qrar.
  6. Il-Ħadd 06/11:
    • Ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar li tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa.
    • Fl-4.30pm – Il-quddiesa mhix ser issir fil-Knisja iżda fiċ-Ċimiterju u fi tmiemha jsir it-tberik tal-oqbra.
    • Tajjeb napprezzaw li tul din is-sena fiċ-ċimiterju twaħħal salib ġdid fuq il-koppla tal-kappella, inbidel saqaf ta’ kamra li fiha jinżammu l-affarijiet tad-deffien, u l-kappella minn barra ingħatat dawra sewwa – tikħil, tibjid, u żebgħa. Sar ukoll żbir ta’ siġar u xogħol ta’ tisbiħ fil-ġardinaġġ waqt li se jkun qed isir ukoll xogħol fuq ġewwa tal-kappella inkluż is-sagristija. Grazzi lil min wettaq ix-xogħol, lil dawk li taw daqqa t’id b’mod volontarju u lil min qed jgħin b’donazzjonijiet biex nieħdu ħsieb dan il-post għażiż.
    • L-intenzjonijiet għall-quddiesa tas-sena d-dieħla b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom se jintlaqgħu b’formoli li jistgħu jinġabru minn fuq il-mejda tal-offerti min-nhar l-Erbgħa li ġej. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom u ġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Kollox ser ikun spjegat fid-dettall fil-formoli li tistgħu tieħdu minn fuq il-mejda tal-offerti. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 1,310 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-Missjoni;
    • € 21 bħala donazzjonijiet b’risq il-missjoni f’envelopes li tħallew fil-knisja; u
    • € 120 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-koppla. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.