avvizi parrocca

Avviżi – 06.11.2022

Avviżi – 06.11.2022  –  It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 06/11:
    • Fl-4:30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-ċimiterju u fi tmiemha jsir it-tberik tal-oqbra. Jekk it-temp ma jippermettix, il-quddiesa ssir bħas-soltu fil-Knisja. (Minħabba l-istat tat-triq ta’ quddiem iċ-ċimiterju rajna li jkun aħjar li ma jsirx il-pellegrinaġġ mill-Knisja saċ-ċimiterju.)
  2. L-Erbgħa 09/11 u l-Ħamis 10/11:
    • Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof. F’dawn il-jumejn jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
  3. Il-Ħamis 10/11:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Is-Sibt 12/11 u l-Ħadd 13/11 li ġej:
    • Minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu fosthom Hobż ta’ San Martin.
  5. L-Erbgħa 16/11:
    • Fl-4.30pm ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd organizzata mill-Għaqda tal-Kompensatriċi, fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret, fir-Rabat. Min bi ħsiebu jattendi, jinkiteb fis-sagristija sa tmint’ijiem oħra.
  6. Il-Ġimgħa 18/11:
    • Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin se norganizzaw attivita’ għall-irġiel. Nibdew fis-6.30 p.m. bil-quddiesa fil-knisja u fis-7.15 p.m. jitlaq it-trasport għal ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
  7. Avviżi oħra:
    • Minn fuq il-mejda tal-offerti tistgħu tiġbru l-formoli għall-intenzjonijiet tal-quddiesa tas-sena d-dieħla b’sufraġju għall-familjari, qraba u ħbieb mejtin. Il-formola timtela’ d-dar u mbagħad titħalla f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq l-istess mejda. Fil-formola hemm kollox spjegat u min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill–Arċipriet.
    • Il-quddiesa ta’ kull nhar ta’ Ħadd fid-9.30 a.m. tkun organizzata b’mod speċjali għat-tfal u l-familji tagħhom. Fil-quddiesa tal-Ħadd li ġej ser ikollna xi ħaġa speċjali għat-tfal kollha għax il-Kummissjoni Tfal Dinglin ser tagħlaq 10 snin. Nħeġġu lit-tfal jattendu u nieħud l-okkażjoni nirringrazzjaw lil dawk li b’tant impenn u dedikazzjoni jaħdmu fi ħdan il-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 128 bħala donazzjonijiet f’envelopes għall-missjoni. (Hekk ilħaqna total ta’ € 200);
    • € 241.85 bħala donazzjonijiet b’risq Dar Fra Diegu mill-attivita’ li l-Kummissjoni Tfal organizzat fil-festa tal-Qaddisin kollha.
    • € 100 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  9. Nitolbu għal Carmen Farrugia li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem.
    • Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠ ✠

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.