Avviżi – 13.11.2022 – It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 13/11, Jum il-Foqra:
- Il-Kummissjoni Tfal Dinglin tal-parroċċa għalqet 10 snin. Waqt li nħeġġu lit-tfal jattendu għall-quddiesa tad-9:30am, nirringrazzjaw lil dawk li b’tant impenn u dedikazzjoni jaħdmu fi ħdanha.
- It-Tlieta 15/11:
- Fid-9:30am – Fil-Knisja ser issir il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat”.
- L-Erbgħa 16/11:
- Mill-4:30pm – Laqgħa ta’ Formazzjoni għal kulħadd organizzata mill-
- Għaqda tal-Kompensatriċi, fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa, in-Nigret, fir-Rabat. Min ser jattendi jinkiteb fis-sagristija.
- Il-Ħamis 17/11:
- Bejn l-4:30pm u s-7:00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser jerġa’ jkun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof.
- Il-Knisja f’Malta tibda tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana. Il-laqgħa mifruxa fuq jumjen, il-Ħamis u l-Ġimgħa bejn is-6.30 u t-8.30 p.m. se jsiru fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK) f’Birkirkara.
- Fis-7:00pm – Mument ta’ adroazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Knisja.
- Il-Ġimgħa 18/11:
- Fis-6:30pm – Quddiesa u wara attività għall-irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin: Ikla għand taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija, l-Arċipriet jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sal-Erbgħa 16/11. Trasport jitlaq fis-7:15pm. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
- Il-Ħadd 20/11, Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu:
- Il-ġabra tal-quddies ser tkun għall-festa esterna ta’ Santa Marija.
- Fil-5:00pm – Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Festa ta’ Kristu Re’ immexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna bit-Talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt. Kulħadd mistieden jattendi.
- Avviżi oħra:
- Għal żmien il-Milied qed nippjanaw diversi attivitajiet fosthom:
- Wirja ta’ Presepji u Bambini fil-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Min jixtieq jesebixxi xi Presepju jew Bambin għandu jiġbor formola ta’ pateċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti li fiha aktar dettalji dwar din il-sirja, u wara li jimlieha jgħaddihielna lura biex nibdew bil-preparamenti.
- Għal-Lejl tal-Milied qed naħsbu li ninkludu s-sehem tat-tfal fiċ-ċelebrazzjoni speċjali li ssir fil-Knisja qabel il-quddiesa ta’ nofs il-lejl. Għalhekk, tfal fl-etajiet bejn is-7 u l-14-il sena li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba jkellmu lill-Arċipriet jew jinkitbu fis-sagristija sa nhar il-Ħadd li ġej. Aktar dettalji jingħataw ‘il quddiem.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 605 bħala ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla;
- € 105 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan;
- € 105 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni taċ-Ċimiterju. Grazzi.
- Fuq iz-zuntier, illum għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom ħobż ta’ San Martin u qagħaq tal-għasel.
Ikkummenta