avvizi parrocca

Avviżi – 20.11.2022

Avviżi – 20.11.2022  –  L-34 Ħadd ta’ matul is-Sena

Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu

  1. Illum 20/11, Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu:
    • Fil-5.00pm tibda Ċelebrazzjoni Djoċesana mmexxija mill-Arċisqof fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt.
  2. Il-Ħamis 24/11:
    • Mons. Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann li fiha ser irodd ħajr lil Alla fl-10 anniversarju mill-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Il-quddiesa tibda fis-6.30pm u għaliha kulħadd mistieden.
    • Fis-7.00pm – mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
  3. Is-Sibt 26/11:
    • Fil-quddiesa tal-4.30pm jsir it-tberik tal-girlanda tal-Avvent.
  4. Il-Ħadd 27/11, l-Ewwel Ħadd tal-Avvent:
    • Fid-9:30am – Quddiesa li fiha nistiednu b’mod speċjali lill-familji bi tfal u adoloxxenti.
    • Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser issir nhar it-Tlieta 29/11. Dakinhar ser isir nofs ta’ nhar irtir għal żmien l-Avvent fl-Oratorju Sależjan, f’Ħad-Dingli stess. Inħeġġu għal attendenza sabiħa.
  5. Avviżi oħra:
    • Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2023, mingħand dawk li għandhom ħuthom diġà jattendu fi skola tal-Knisja, dawk li huma mpjegati fi skola tal-Knisja, u dawk li qegħdin fi skola primarja tal-Knisja li ma għandhiex sekondarja marbuta magħha. Applikanti oħra, minn skejjel tal-Gvern u indipendenti, jkunu jistgħu japplikaw aktar ’il quddiem. L-informazzjoni kollha tinkiseb mill-website tal-Knisja f’Malta (church.mt).
    • Għal żmien il-Milied qed nippjanaw diversi attivitajiet fosthom:
      • Wirja ta’ Presepji u Bambini fil-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Min jixtieq jesebixxi xi Presepju jew Bambin għandu jiġbor formola ta’ parteċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti li fiha aktar dettalji dwar din il-wirja, u wara li jimlieha jgħaddihielna lura biex nibdew bil-preparamenti.
      • Għal-Lejl tal-Milied qed nistiednu lit-tfal fl-etajiet bejn is-7 u l-14-il sena biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni speċjali li ssir fil-Knisja qabel il-quddiesa ta’ nofs il-lejl. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba jkellmu lill-Arċipriet jew jinkitbu fis-sagristija, jekk jista’ jkun sal-lum.
      • Il-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex fi żmien il-Mileid ser issir il-Ħamis 29 ta’ Diċembru. Aktar dettalji ‘il quddiem.
    • Mons. Arċisqof ser jibgħat fostna lil Dun Christopher Bugeja biex bħala saċerdot jgħin kif jista’ fil-ħidma pastorali tal-parroċċa tagħna. Dun Christopher hu mir-Rabat u ġie ordnat saċerdot f’Ġunju ta’ sentejn ilu. Waqt li nitolbu għalih, nilqgħuh fostna mill-weekend li ġej.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 380 bħala ġabra b’risq il-fond tal-iskejjel tal-Knisja;
    • € 300 mill-irġiel waqt ikla organizzata l-Ġimgħa mill-parroċċa; u
    • € 30 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Nirringrazzjkom tal-għajnuna tagħkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.