avvizi parrocca

Avviżi – 27.11.2022

Avviżi – 27.11.2022  –  L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 27/11, l-Ewwel Ħadd tal-Avvent:
    • Nagħtu bidu għal Sena Liturġika ġdida – Sena A
  2. It-Tlieta 29/11:
    • Fid-9:30am – Jibda nofs ta’ nhar irtir għal żmien l-Avvent organizzat mill-Grupp tan-Nisa “Magnificat”. Imexxi Patri Victor Paul Farrugia, Karmelitan. L-irtir ser isir fl-Oratorju Sależjan, f’Ħad-Dingli stess. Inħeġġu għal attendenza sabiħa.
  3. Il-Ħamis 1/12:
    • Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Il-Ġimgħa 2/12, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8:30am u fis-5:45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  5. Il-Ħadd 4/12
    • Mit-8:30am sas-1:00pm nistgħu nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Min se jersaq biex jagħti d-demm għandu jġib miegħu l-karta tal-identita’ u maskra.
    • Dakinhar ukoll ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali.
  6. Avviżi oħra:
    • Għal sena oħra, fl-Avvent, il-parroċċa qed tistieden lil min jixtieq joffri rigal lit-tfal residenti f’ ‘Dar Fra Diegu’ biex jiġbor mingħand l-Arċipriet envelope bl-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir.
    • Mill-jiem li ġejjin ħdejn il-bibien tal-Knisja ser ikollna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel li bihom inkunu nistgħu ngħinu lil familji fil-bżonn.
    • Nieħdu l-okkażjoni nawguraw lil dawk li f’dawn il-jiem iggradwaw mill-Università, l-MCAST, l-ITS jew minn xi entità oħra edukattiva. Nistednuhom javviċinaw lill-Arċipriet minħabba li qed tiġi maħsuba attività għalihom.
    • Min jixtieq jesebixxi xi presepju jew bambin f’wirja li bħesiebna ntellgħu fil-Kappella ta’ Santa Marija Maddaena għandu jiġbor formola ta’ parteċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti u jgħaddihiela lura mimlija sa nhar l-Erbgħa.
    • Il-knisja u l-kappella tal-adorazzjoni huma postijiet ta’ talb. Għalhekk għandna naraw li ma noħolqux ambjent li jfixkilna permezz ta’ kliem u mġieba li flok jgħinu jispiċċaw biex itellfu lil min ġie biex jitlob. Dan jgħodd kemm x’ħin nidħlu l-knisja, fil-ħin taċ-ċelebrazzjonijiet, u aħna u ħerġin.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 10 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Annie Abela u Cristino Muscat li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.