avvizi parrocca

Avviżi – 04.12.2022

Avviżi – 04.12.2022  –  It-Tieni Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 04/12, It-Tieni Ħadd tal-Avvent:
    • Mit-8:30am sas-1:00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Il-karta tal-identità u l-maskra huma meħtieġa.
    • Fit-3:00pm ser isir marċ favur il-ħajja li jibda minn Pjazza Kastilja, fil-Belt.
    • B’rabta ma’ din l-inizjattiva qed tinġabar petizzjoni. Min jixtieq jiffirmaha jista’ jagħmel dan billi jidħol fis-sit: salvani.eu
  2. It-Tlieta 06/12:
    • Fid-9:30am – Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fil-Knisja.
  3. Il-Ħamis 08/12, Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni u jum ta’ btala pubblika.
    • Tajjeb li nieħdu sehem fil-quddiesa, li tkun fl-istess ħinijiet ta’ matul il-ġimgħa, biż-żieda ta’ quddiesa oħra fit-8:30am.
    • F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja jiftaħ il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Dan jibqa’ għaddej sat-Tlieta 13/12.
    • Fis-7:00pm, jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Avviżi oħra:
    • Għal sena oħra, fl-Avvent, il-parroċċa qed tistieden lil min jixtieq joffri rigal lit-tfal residenti f’ ‘Dar Fra Diegu’ biex jiġbor mingħand l-Arċipriet jew xi helpers fejn il-bibien tal-knisja envelope bl-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir.
    • Infakkar ukoll li fuq wara tal-knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel li se jingħataw bħala għajnuna lill-persuni u familji fil-bżonn.
    • Jekk hawn xi persuni li għadhom kif ggradwaw mill-Università, mill-MCAST, mill-ITS, jew minn xi entità edukattiva oħra, nitolbuhom javviċinaw lill-Arċipriet minħabba li qed tiġi maħsuba attività għalihom.
    • Nhar il-Ġimgħa li ġej għall-ħin ta’ filgħaxija, u l-Ħadd li ġej għall-ħin ta’ nofs in-nhar, il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ordnijiet qed jintlaqgħu minn fis-sagristija jew fil-facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’. L-ikel jitwassal direttament fid-djar.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 395 bħala donazzjoni b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.