avvizi parrocca

Avviżi – 18.12.2022

Avviżi – 18.12.2022  –  Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 18/12, Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent u tkompli n-Novena tal-Milied:
    • Fid-9:30am quddiesa għat-tfal li fiha jsir it-tberik tal-bambini u l-grotti li jġibu magħhom. Wara l-quddiesa jiġi nawgurat il-Presepju tal-Knisja. Inħeġġukom issegwu l-programm tan-novena li tqassam fi djarkom u kull ġurnata qed jittella’ fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
    • Fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tal-Milied.
    • L-Oratorju Salesjan qed jorganizza villaġġ tal-Milied. Ser tkun qegħda tintwera wkoll il-finali tat-tazza tad-dinja kif ukoll diversi attivitajiet għall-familja kollha. Aktar informazzjoni fuq il-paġna tal-facebook tal-Oratorju.
  2. It-Tlieta 20/12:
    • Mit-8:00am ‘il quddiem isir il-ħasil tal-knisja. Napprezzaw kull għajnuna li tista’ tingħata.
  3. L-Erbgħa 21/12:
    • Fid-8:45am – Purċissjoni bil-bambin mit-tfal tal-iskola primarja li titlaq mill-iskola għall-Knisja Arċipretali fejn jieħdu sehem fil-quddiesa.
    • Fis-7:30pm kulħadd mistieden għal Kunċert tal-Milied fil-Knisja Arċipretali li se jtul madwar siegħa u mtella’ mir-Reġjun Punent bis-sehem tal-orkestra taż-Żurrieq u diversi kantanti. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għax dan hu mod ieħor kif nidħlu fl-ispirtu tal-Milied.
  4. Il-Ġimgħa 23/12
    • Għall-quddiesa ta’ filgħaxija qed nistiednu b’mod speċjali lil dawk li din is-sena jew waqt il-pandemija gradwaw mill-Universita’, l-MCAST, l-ITS jew xi istituzzjoni edukattiva oħra.
  5. Is-Sibt 24/12, Lejlet il-Milied:
    • Fil-5:00pm – Quddiesa tal-Vġili;
    • Fis-6:00pm – Kulħadd mistieden jieħu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin li tibda mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien, iddur f’diversi toroq tar-raħal u tispiċċa fil-Knisja Arċipretali, fejn isir Programm speċjali
    • Fil-10:15pm – Tinfetaħ il-knisja;
    • Fil-10.45pm – Velja li tinkludi pageant b’mużika, kant u talb.
    • F’11:45pm – Purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin li titqiegħed fuq l-altar għall-qima tagħna, u ssir il-Pritka tat-Tifel;
    • F’12:00am – Tibda l-Quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
    • Inħeġġiġkom ħafna biex tieħdu sehem fil-quddiesa ta’ nofs il-lejl għax b’hekk tassew inkunu flimkien niċċelebraw it-tifkira tal-veru Milied.
  6. Il-Ħadd 25/12, Il-Milied:
    • Il-ħin tal-quddies filgħodu jkun bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5:00pm.
  7. Avviżi oħra:
    • Ta’ min jieħu ħsieb jersaq għat-Tqarbin u jhejji ruħu sew bis-sagrament tal-qrar, speċjalment matul dawn l-aħħar jiem tal-Avvent bi preparazzjoni għall-Milied. Għalhekk bħala saċerdoti nfakkrukom li aħna disponibbli kull meta nintalbu personalment. Barraminnhekk, il-ġimgħa d-dieħla ser niddedikaw ukoll xi ħin fiss għall-qrar:
      • Nhar il-Ħamis 23/12 u l-Ġimgħa 24/12 bejn is-7:00am u s-7:30am; u bejn is-5:45pm u s-7:15pm; u
      • Nhar is-Sibt 24/12 bejn is-6:30am u s-7:30am; mill-4:30pm ’il quddiem u mill-10:15pm ’il quddiem.
    • Infakkru fil-kompetizzjonijiet tal-isbaħ presepju u tieqa mżejna. Fil-kompetizzjoni tal-presepji ser ikollna żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar. Dawk interessati jieħdu sehem iħallu isimhom għand l-Arċipriet.
    • Fis-sagristija qed jittieħdu l-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li ser issir il-Ħamis 29/12. Nitilqu minn Ħad-Dingli fid-9:00am, immorru r-Rabat, ikollna l-ikla flimkien Marsalforn, immorru x-Xagħra nżuru xi presepji, u fl-aħħar inżuru s-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fejn nieħdu sehem fil-quddiesa u wara hemm stess nattendu għal kunċert tal-Milied mill-Iscola Cantorum Jubilate. Niġu lura mal-vapur tal-9:45pm. ––
    • Fid-djar tqassmu l-envelopes tal-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” li ta’ kull sena fi żmien il-Milied taħseb li tiġbor donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. L-envelopes tistgħu tħalluhom f’kaxxa li hemm apposta fuq il-mejda tal-offerti sal-ewwel jum tas-sena meta filgħaxija s-somma miġbura tiġi ppreżentata lid-Dar tal-Providenza waqt il-maratona annwali.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 30 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.