avvizi parrocca

Avviżi – 25.12.2022

Avviżi – 25.12.2022  –  Il-Milied

  1. Illum 25/12, Il-Milied:
    • L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Chris Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex nawgurawlkom ilkoll il-Milied it-Tajjeb. Ejjew inkomplu nitqaddsu billi nersqu lejn is-sagramenti matul dan iż-żmien tal-Milied.
    • Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00pm.
  2. Il-Ħamis 29/12:
    • Qed norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ninġabru fid-8:45am ħdejn l-għassa biex nitilqu minn Ħad-Dingli fid-9.00am. Inżuru r-Rabat, ikel f’Marsalforn, naraw presepji fix-Xagħra, quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu u nibqgħu għal kunċert tal-Milied fl-istess santwarju. Niġu lura mal-vapur tal-9.45pm. Booking sa nhar it-Tlieta mis-sagristija.
  3. Il-Ġimgħa 30/12, Festa tas-Sagra Familja u jibdew il-jumejn tal-Kwaranturi.
    • Bejn it-8.00am u s-6.30pm – Il-knisja tkun miftuħa u jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali.
    • F’dawn il-jumejn il-kappella tal-Adorazzjoni tkun magħluqa. Inħeġġiġkom ħafna ssibu ħin tiġu l-knisja għal mument ta’ talb quddiem Ġesú Ewkaristija.
    • Bejn is-5.45pm u s-7.15pm – Servizz ta’ qrar fil-knisja.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa b’talb speċjali għall-familji.
  4. Is-Sibt 31/12:
    • Bħal-jum ta’ qabel, il-Knisja tkun miftuħa l-ġurnata kollha għall-adorazzjoni personali.
    • Bejn il-5.00pm u s-6.15pm – Servizz ta’ qrar fil-knisja.
    • Is-Sibt filgħaxija jkollna quddiesa waħda fis-6.30pm li fiha nroddu ħajr lil Alla għall-2022 u f’għeluq it-344 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum, u tingħata l-Barka Sagramentali.
  5. Il-Ħadd 01/01/2023, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.
    • Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fil-5.00 pm.
    • Il-ġbir fil-quddies ikun strina għas-sagristana li huma lkoll voluntiera.
  6. Avviżi oħra:
    • L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq fil-jiem li ġejjin u jerġa’ jiftaħ fid-9 ta’ Jannar.
    • Infakkru li fid-djar tqassmu l-envelopes tal-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” għal donazzjonijiet lid-Dar tal-Providenza. Dawn jistgħu jitħallew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti sal-1 ta’ Jannar filgħaxija meta s-somma miġbura tiġi ppreżentata waqt il-maratona annwali.
    • Sal-ewwel tas-sena wkoll qed jinġabru l-biljetti tal-lotterija organizzata mill-Kumitat Festa Esterna. Jekk hawn min jixtieq aktar biljetti jista’ jiġbor pakkett minn fuq il-mejda tal-offerti.
    • Jekk hawn min jixtieq jinkiteb għall-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju jew tieqa ta’ dar imżejna jista’ jħalli ismu fis-sagristija.
  7. Fl-okkażjoni tal-Milied, permezz ta’ inizjattivi li ħadet il-parroċċa:
    • 21 persuna resqu biex jagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit;
    • membri tal-Kummissjoni Djakonija żaru lill-persuni li jitqarbnu fi djarhom jew li qegħdin fid-djar tal-anzjani;
    • tqassmu 30 hamper lill-familji fil-bżonn;
    • ingħataw diversi electric blankets u rigali lit-tfal ta’ Dar Fra Diegu f’inizjattiva kkordinata mill-membri adulti tal-Kummissjoni Tfal. Dan kollu bis-saħħa tal-ġenerożità kbira tagħkom. Grazzi u prosit.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 60 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  9. Nitolbu għal Margaret Micallef li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.