Avviżi – 08.01.2023 – L-Epifanija tal-Mulej
- Illum 08/01, is-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej:
- Fid-9.15 am issir purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi mill-Kappella tal-Adorazzjoni tal-Oratorju Sależjan lejn il-Knisja, li tagħti bidu għall-Quddiesa tad-9.30am. Ġenituri u tfal, flimkien ma’ dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa tagħna, mistiedna jattendu għal din il-quddiesa. Fi tmiem il-quddiesa jitħabbru r-riżultati tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tieqa mżejna u jingħataw il-premjijiet.
- Illum wara nofsinhar hi l-aħħar ġurnata tal-ftuħ tal-Wirja tal-Presepji u l-Bambini fil-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Il-parroċċa tirringrazzja lil dawk li esebew u lil min żar il-wirja.
- It-Tnejn 09/01, hi l-festa tal-Magħmudija tal-Mulej.
- It-Tlieta 10/01, jerġgħu ikomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’. Il-laqgħa li jmiss se tkun immexxija min-Nutar Joseph Tabone u tibda fid-9.30 a.m.
- Il-Ħamis 12/01, fis-7.00 pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Is-Sibt 14/01, fis-5:45pm Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, għall-għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena.
- Avviżi oħra:
- Fl-Istitut Agostinjan se tibda sensiela ta’ lezzjonijiet ta’ Santu Wistin dwar kif tgħallem il-katekiżmu lil min għadu jibda. Il-lezzjonijiet ikunu kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-6.00 u s-7.00pm, mit-13 ta’ Jannar sa nofs Marzu.
- F’isem id-Direttur u l-Istaff tad-Dar tal-Providenza ngħidilkom grazzi u prosit tal-ġenerożità li ntweriet bl-għotja sabiħa ta’ € 5,120 permezz tal-kampanja ‘Minn Qalbna lill-Anġli’. Il-flus ġew preżentati fl-ewwel jum tas-sena filgħaxija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 95 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta