Avviżi – 15.01.2023 – It-2 Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tlieta 17/01:
- Fis-7.15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
- Il-Ħamis 19/01:
- Fid-8:45am – It-tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli se jimxu mill-iskola sal-knisja bil-pets tagħhom.
- Fid-9:00am – Mal-wasla fuq iz-zuntier, isir it-tberik tal-annimali li mbagħad jittieħdu mill-ġenituri.
- Fid-9:15am – It-tfal jidħlu fil-knisja għall-quddiesa.
- Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 20/01:
- Fis-6:30pm, fil-Knisja ta’ San Nikola (tal-Erwieħ) fi Triq il-Merkanti, il-Belt, ser isir Servizz Ekumeniku Djoċesan fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara li tibda l-Erbgħa li ġej. Is-servizz ekumeniku hu miftuħ għal kulħadd.
- Il-Ħadd 22/01, It-3 Ħadd ta’ matul is-Sena u Ħadd il-Kelma t’Alla:
- Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw ukoll Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn kif tispiċċa l-quddiesa tal-11.00 a.m. sa qabel il-quddiesa tal-4:30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja. Inħeġġiġkom tiġu tfaħħru isem il-Mulej, titolbu għall-bżonnijiet tagħkom, u b’riparazzjoni għad-dagħa.
- Avviżi oħra:
- Infakkar fil-Kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Sależjan li tkun miftuħa kuljum, anke s-Sibt u l-Ħadd, bejn is-7:30am u d-9:00pm. Dan hu post għat-talb fis-skiet quddiem Ġesú Ewkaristija. Kemm hi ħaġa sabiħa li ta’ spiss tara nies deħlin fil-kappella għal ftit ħin ta’ talb. Ejjew ilkoll nagħmlu l-istess.
- Infakkar ukoll li fil-parroċċa tagħna, il-Leġjun ta’ Marija, jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa fil-4.45pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-laqgħat tal-Leġjun ta’ Marija huma miftuħa għal nisa u irġiel. Inħeġġu lil dawk interessati biex jibdew jattendu dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni u ġid spiritwali.
- Il-kartolini li rċevejna għall-Milied se jinġabru għall-missjoni. Min irid jista’ jħallihom f’kaxxi li ser ikun hemm ħdejn il-bibien tal-knisja.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 605 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-koppla.
- € 94 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Nirringrazzjakom.
Ikkummenta