avvizi parrocca

Avviżi – 22.01.2023

Avviżi – 22.01.2023

It-3 Ħadd ta’ matul is-Sena u Ħadd il-Kelma t’Alla

  1. Illum 22/01:
    • Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw ukoll Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa’ qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja. Inħeġġiġkom tiġu tfaħħru isem il-Mulej waqt li titolbu għall-bżonnijiet tagħkom u b’riparazzjoni għad-dagħa.
  2. Il-Ħamis 26/01:
    • Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Is-Sibt 28/01:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba sal-Ħamis li ġej fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  4. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 50 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.