Avviżi – 29.01.2023 – Ir-4 Ħadd ta’ matul is-Sena
- L-Erbgħa 01/02:
- Fid-9:30am – Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fil-Knisja.
- Kif qed tinnutaw il-laqgħa li jmiss ser issir l-Erbgħa minflok it-Tlieta. Inħeġġu lin-nisa jieħdu din l-opportunita’ sabiħa ta’ tagħlim dwar suġġetti varji fil-ħajja u jattendu.
- Il-Ħamis 02/02, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju (Il-Kandlora) u Jum il-Ħajja Kkonsagrata:
- Fis-6:30pm – Quddiesa bit-tberik tax-xemgħa li hi simbolu ta’ Ġesu’, id-dawl tagħna. Għal din il-quddiesa qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal li din is-sena se jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina jew tal-Griżma tal-Isqof u l-ġenituri tagħhom.
- Il-Ġimgħa 03/02, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu – Isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8:30am u fis-5:45pm – servizz ta’ qrar fil-Knisja.
- Il-Ħadd 05/02, Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena – Jum il-Ħajja:
- Ġabra speċjali li tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa.
- Fil-11:00am – L-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi se jmexxi quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann b’rabta ma’ Jum il-Ħajja. Kulħadd mistieden.
- Avviżi oħra:
- Bħalissa qed qed isir restawr tal-gwarniċ tal-ventaltar ta’ kuljum li normalment ikun mal-altar maġġur. Dan qed jiġi kkonservat u ndurat mill-ġdid. Miegħu qed isir ukoll ir-restawr ta’ salib tal-kleru antik għal kuljum u l-lasti tal-baldakkin tas-sagrament li jintużaw fil-purċissjonijiet tal-Vjatku, ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Ġesù. Kull għajnuna finanzjarja biex niffinanzjaw dan ir-restawr hija apprezzata.
- Matul ix-xahar ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja: knisja.mt fit-taqsima: ‘Skejjel tal-Knisja’.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 50 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
- Nitolbu għal Anthony Muscat li għadda għal ħajja ta’ dejjem fl-aħħar jiem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
Ikkummenta