avvizi parrocca

Avviżi – 16.04.2023

Avviżi – 16.04.2023  –  It-2 Ħadd tal-Għid

  1. Illum 16/04, It-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina:
    • Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni fil-Knisja quddiem Ġesu’ Sagramentat. Fil-5.00 imbagħad tiġi ċċelebrata l-quddiesa. L-adorazzjoni u l-quddiesa ser ikunu animati mill-Kor Parrokkjali. Il-ħin tal-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija mil-lum tibda tkun fil-5.00 pm.
  2. Is-Sibt 22/04:
    • Fid-9.30am Monsinjur Arċisqof se jordna 2 seminaristi bħala djakni f’quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza “Ikla Maltija” li titwassal dirett fid-djar tagħkom f’nofsinhar jew filgħaxija. Booking sal-Ħamis li ġej mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
  3. Avviżi oħra:
    • Matul din il-ġimgħa jkompli t-tberik tal-familji. Il-programm sħiħ tat-tberik jinsab fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa u fin-notice-boards tal-knisja. Barra minn hekk, programm stampat bid-dettalji qed jitqassam fid-djar. Inħeġġeġ lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
  4. Il-postijiet għall-ġita ta’ ġurnata Sqallija li se norganizzaw fl-aħħar Sibt ta’ dan ix-xahar qed jimtlew. Dawk interessati jiġu għandhom jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lill-Arċipriet sal-Ħadd li ġej (23/04).
  5. Bħala karita’ tul iż-żmien tar-Randan inġabru:-
    • B’risq il-Kċina ta’ Marta:
      • € 655 bħala donazzjonijiet fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti;
      • € 316.80 mit-tfal fil-Karus ta’ Mħabba;
      • diversi oġġetti u prodotti tal-ikel miġbura fil-kaxxi li kellna fejn il-bibien tal-Knisja.
    • Ingħataw ukoll vouchers lill-familji fil-bżonn. Grazzi u prosit.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 90 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  7. Nitolbu għal Emanuel Muscat li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.