avvizi parrocca

Avviżi – 23.04.2023

Avviżi – 23.04.2023  –  It-3 Ħadd tal-Għid

  1. It-Tnejn, 24/04:
    • Fis-7.00 p.m. fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali ser issir laqgħa għal dawk li bbukkjaw biex is-Sibt li ġej jiġu l-ġurnata Sqallija. Jekk għad hawn min hu interessat jiġi, fadal l-aħħar ftit postijiet u jista’ jkellimna sal-lum.
  2. It-Tlieta, 23/04:
    • Issir il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fil-Knisja u tibda fid-9.15 am. Il-kelliema ser ikunu uffiċċjali tal-Pulizija tal-Komunita’ u se jitkellmu dwar is-sigurta’ fostna u l-prevenzjoni mir-reati kriminali. Billi s-suġġett hi ta’ interess għall-komunita’ kollha, il-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta hi miftuħa għal kull min jixtieq jattendi.
  3. Il-Ħadd 30/04, Ir-4 Ħadd tal-Għid. Ikun ukoll Jum il-Vokazzjonijiet u Jum il-Karità:
    • Il-ġbir fil-quddiesa jmur għall-istituzzjonijiet tal-karità li għandha l-Knisja f’Malta.
  4. Avviżi oħra:
    • Nirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li qegħdin tagħtuna fit-tberik tal-familji. It-tberik ikompli l-ġimgħa d-dieħla. Infakkru li l-programm sħiħ jinsab fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa, fin-notice-boards tal-knisja, u qed jitqassam ukoll fid-djar. Inħeġġeġ lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom. Minħabba t-tberik, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
    • L-Erbgħa 03/05:
      • Mis-6.00pm sas-7.00pm fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali ser issir taħdita organizzata mill-Kunsill Lokali, biex inkunu aktar familjari mal-marda tad-dimensja. Il-laqgħa se titratta l-effetti tad-dimensja, mhux biss fuq il-pazjenti, u s-servizzi li hawn biex jgħinu ‘l dawn il-persuni.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 180 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
  6. Nitolbu għal ruħ oħtna Mary Abela li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.