avvizi parrocca

Avviżi – 30.04.2023

Avviżi  – 30.04.2023  –  Ir-4 Ħadd tal-GħidJum il-Vokazzjonijiet u Jum il-Karità

  1. F’Mejju l-knisja tħeġġiġna nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-ġranet fost il-ġimgħa r-rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.30 a.m. u fis-6.00 p.m. Tul dan ix-xahar ukoll, bil-għajnuna tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija r-Rużarju se jkun qed jingħad ukoll fil-beraħ f’diversi żoni tal-parroċċa. Se nibdew it-Tlieta li ġej fis-7.15 p.m. ħdejn iċ-Ċimiterju u nistiednu b’mod speċjali lir-residenti tal-madwar biex jattendu.
  2. It-Tlieta 02/05:
    • Fis-7:15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju.
  3. L-Erbgħa 03/05:
    • Fis-6.00 p.m. fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali ser issir taħdita organizzata mill-Kunsill Lokali u miftuħa għal kulħadd biex inkunu aktar familjari mal-marda tad-dementia u l-effetti tagħha, mhux biss fuq il-pazjenti.
  4. Il-Ħamis 04/05:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.  Se nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi, b’mod speċjali għal 3 djakni li se jiġu ordnati presbiteri minn Monsinjur Arċisqof nhar is-Sibt 13/05 filgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Nifirħulhom u nitolbu għalihom.
  5. Il-Ġimgħa 05/05, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; u
    • fit-8:30am ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  6. Il-Ħadd 07/05, il-Ħames Ħadd tal-Għid:
    • Ġabra speċjali li tmur b’risq il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa.
  7. Avviżi oħra:
    • It-tberik tal-familji jkompli l-ġimgħa d-dieħla skont il-programm li tqassam fid-djar u li jinsab ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa u fin-notice-boards tal-knisja. Inkomplu nħeġġu lill-membri tal-familji biex ikunu preżenti flimkien għat-tberik u l-laqgħa tagħna s-saċerdoti magħkom.
    • Il-Bazaar ta’ Jum l-Omm din is-sena ser isir fi tmiem il-ġimgħa li jitfakkar dan il-jum, jiġifieri fit-tieni weekend ta’ Mejju.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.