Avviżi – 14.05.2023 – Is-6 Ħadd tal-Għid
- Illum 14/05:
- Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
- F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja għandna l-Bazaar ta’ Jum l-Omm b’riżq il-parroċċa. Inħeġġiġkom wara l-quddiesa tagħtu titwila.
- It-Tlieta 16/05:
- Filgħodu, il-Grupp tan-Nisa Magnificat se jorganizza ħarġa għall-kumpless ta’ Farsons, fl-Imrieħel. Tluq fid-9.15am minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp sat-Tnejn filgħodu.
- Fis-7.15pm – Rużarju fil-beraħ organizzat mil-Leġjun ta’ Marija. Ninġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu.
- Il-Ħamis 18/05:
- Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
- Is-Sibt 20/05:
- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli” sa nhar il-Ħamis f’nofsinhar.
- Il-Ħadd 21/05, is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Lapsi, Jum il-Komunikazzjoni Soċjali.
- Il-ġbir fil-quddies ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ barra ta’ Santa Marija.
- Avviżi oħra:
- Il-Kap tal-iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tfakkar illi dawk il-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ din is-sena biex jirreġistraw lil uliedhom mill-aktar fis possibbli. Min għadu ma kitibx it-tfal, jista’ jagħmel dan billi jibghat imejl lill-iskola (fuq [email protected]).
- L-ikla li ssir kull sena għall-irġiel qrib Jum il-Missier din is-sena se tiġi organizzata nhar is-6 ta’ Ġunju filgħaxija, lejlet festa pubblika.
- Il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa se jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja. Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna, familja jew entita’ fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju. Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 650 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-koppla;
- € 130 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ Walter Powell li għadda għal ħajja ta’ dejjem fil-jiem li għaddew. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
Ikkummenta