avvizi parrocca

Avviżi – 21.05.2023

Avviżi  – 21.05.2023  –  Is-7 Ħadd tal-Għid It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il-Komunikazzjoni Soċjali

  1. Illum 21/05:
    • Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti. Kien hawn min ma laħaqx fil-Bazaar ta’ Jum l-Omm u erġajna ġibna. Għandna wkoll xi pjanti.ss
  2. It-Tlieta 23/05:
    • Il-membri tal-Leġjun ta’ Marija qed jistiednu lir-residenti ta’ Triq ir-Rabat biex fis-7.15 pm jinġabru fl-iSqaq tal-Lewżu u jitolbu flimkien ir-Rużarju. Inkomplu nħeġġu biex it-talba tar-Rużarju tingħad b’mod regolari fil-familji tagħna.
  3. Il-Ħamis 25/05:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
    • Fis-7.15pm – L-Arċipriet se jiltaqa’ mal-ġenituri li uiedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ssir fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  4. Il-Ħadd 28/05, Għid il-Ħamsin – Pentekoste:
    • Fid-9:30am – Quddiesa bis-sehem tal-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  5. Avviżi oħra:
    • Il-programm tat-tberik tal-familji jintemm nhar l-Erbgħa. Fil-jiem ta’ wara jkompli t-tberik b’appuntament. Dawk li ma setgħux ikunu d-dar u jixtiequ jbierku għandhom ikellmu lill-Arċipriet biex jingħataw appuntament.
    • L-aħħar laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat qabel il-waqfa għas-Sajf ser issir nhar it-Tlieta 30 ta’ Mejju u se tikkonsisti f’ħarġa ta’ nofs t’inhar fil-Palazz Verdala, il-Buskett. L-attivita’ hi miftuħa għal kulħadd, b’kull min hu interessat li jattendi għandu jinkiteb għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
    • Fis-sagristija bdejna nilqgħu bookings mingħand l-irġiel għall-attivita’ li nagħmlu kull sena qrib Jum il-Missier. Din is-sena se niltaqgħu nhar it-Tlieta 6 ta’ Ġunju, lejlet festa pubblika. Nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa ta’ filgħaxija fil-parroċċa u wara jkollna ikla għand Taċ-Ċanti, f’Ħaż-Żebbuġ.
  6. Matul din il-ġimgħa, daħlu:
    • € 210 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Nirringrazzjakom.
  7. Nitolbu għal ruħ Tereża Wroe li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.