Avviżi – 28.05.2023 – Għid il-Ħamsin – Pentekoste
- Illum 28/05:
- Fid-9:30am – Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
- It-Tnejn 29/05:
- Fis-5:45pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mat-tfal (subien u bniet) li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ser issir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien. Matul din il-ġimgħa t-tfal tal-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri għandhom diversi mumenti organizzati għalihom skont programm li ngħatalhom.
- It-Tlieta 30/05:
- Filgħodu – Ħarġa ta’ nofs ta’ nhar fil-Palazz Verdala, il-Buskett organizzata mill-Grupp tan-Nisa Magnificat. L-attività hi miftuħa għal kulħadd, b’min hu interessat jattendi għandu jinkiteb sal-Ħadd f’nofsinhar.
- Fis-6.00pm – Rużarju fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tat-tfal subien u bniet mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M.;
- Fis-6.30pm – Quddiesa li fiha ssir l-Inkurunazzjoni tal-Madonna.
- L-Erbgħa 31/05:
- Fis-7.15pm – Jingħad l-aħħar Rużarju fil-beraħ għax-xahar ta’ Mejju. Din id-darba qed nagħmlu stedina lill-familji li jgħixu qrib il-grawnd tal-futbol biex jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius.
- Il-Ħamis 01/06:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 02/06, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8:30am – Qrar fil-Knisja.
- Is-Sibt 03/06:
- Fil-5:00pm – Qrar fil-knisja għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
- Il-Ħadd 04/06, it-Trinità u Jum l-Ewwel Tqarbina:
- Fid-8:45am – Mill-Museumijiet tibda Purċissjoni lejn il-Knisja mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina;
- Fid-9:30am – Tibda l-Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina.
- Minħabba l-preċett, il-Ħadd li ġej il-quddiesa tal-11:00am se tibda kwarta wara, fil-11:15am.
- Avviżi oħra:
- Illum 28/05 – Bejgħ ta’ doughouts minn fuq iz-zuntier mill-Kummissjoni Tfal.
- Illum 28/05 – Fil-kappella tal-Palazz Verdala, fil-Buskett, qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Dettalji fin-notice-boards.
- It-Tlieta 06/06, lejlet festa pubblika, qed nagħmlu stedina lill-irġiel biex jieħdu sehem fil-quddiesa tas-6.30 pm u wara nkomplu b’ikla f’Taċ-Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sal-Ħadd 04/06. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
- Il-Ġimgħa 09/06 – Lejla Maltija li tinkludi tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’. Għal min jixtieq se jiġi offrut is-servizz ta’ delivery tal-ikel fid-djar.
- L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti jirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li tajtuhom meta fil-ġimgħat li għaddew żaru d-djar għat-tberik. Jirringrazzjawkom ukoll tad-donazzjoni għall-parroċċa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 130 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla.
- Nitolbu għal Grace Bugeja li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta