Avviżi – 04.06.2023 – It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina
- Illum 04/06:
- Nifirħu u nitolbu għat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina: 17 subien u 24 bniet.
- Fid-8.45am – It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja.
- Fid-9.30am – Tibda l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-11.00am tibda fil-11.15am.
- It-Tnejn 05/06, nibdew il-Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum sa nhar il-Ġimgħa:
- Filgħodu – Mis-6.30 sas-7.30, Ġesu’ Sagramentat ikun espost għall-adorazzjoni personali;
- Filgħaxija – Wara l-quddiesa Ġesu’ Sagramentat jerġa’ jkun espost għal ftit ħin ta’adorazzjoni u kull ġurnata tintemm bil-Barka Sagramentali.
- It-Tlieta 06/06 (lejlet festa pubblika):
- Fis-6.30pm qed nagħmlu stedina lill-irġiel biex nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa, wara jkollna mument qasir ta’ adorazzjoni u fis-7.30 jitlaq it-trasport għal ikla flimkien għand Taċ-Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Inħeġġu l-irġiel li ġejjin biex jidħlu jibbukkjaw fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- Il-Ħamis 08/06, Jum sħiħ ta’ Adorazzjoni:
- Minn wara l-quddiesa ta’ filgħodu sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa l-ġurnata kollha. Tajjeb insibu ħin għat-talb quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Il-Ġimgħa 09/06:
- Fis-6.30pm – Il-quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
- Mis-7.30pm – Lejla Maltija għal kulħadd, li tinkludi tombla, fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’. Għal min jixtieq se jiġi offrut is-servizz ta’ delivery tal-ikel fid-djar.
- Il-Ħadd 11/06, Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi:
- Minn wara l-Quddies tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni.
- Fil-5:00pm – Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Christopher Bugeja, bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina.
- Wara, purċissjoni bis-Sagrament bis-sehem tal-fratelli, abbatini, Scouts, Guides, il-Kor Parrokkjali Regina Coeli u l-banda Santa Marija li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa. Fi tmiem tingħata l-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
- Mit-Tnejn 12/06 sal-Ħamis 15/06:
- Se jkollna opportunita’ ta’ tagħlim nisrani għall-adulti waqt Ġimgħa ta’ Tagħlim fis-7.15pm fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Ser ikun hemm kelma li tiswa’ għal kulħadd għax kif kien jgħid San Ġorġ Preca: “it-tagħlim tajjeb hu l-għajn ta’ kull ġid” Għalhekk, ejjew ninvestu ftit tal-ħin għal kelma tajba u nattendu (mhux il-ġimgħa d-dieħla imma ta’ wara)
- Matul din il-ġimgħa daħlu €40 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-koppla. Nirringrazzjakom.
Ikkummenta