avvizi parrocca

Avviżi – 25.06.2023

Avviżi  –  25.06.2023  –  It-12-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 25/06:
    • Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija.
  2. It-Tnejn 26/06:
    • Se norganizzaw trasport għat-Trade Fair fl-MFCC, Ta’ Qali. It-trasport jitlaq minn Ħad-Dingli fis-6.00pm. Dawk interessati għandhom jinkitbu għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
  3. L-Erbgħa 28/06:
    • Mit-8.00pm ‘il quddiem il-Kumitat Festa Esterna jorganizza l-fiera tal-Imnarja bħala parti mill-attivitajiet organizzati fil-Buskett.
  4. Il-Ħamis 29/06, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl – L-Imnarja:
    • Tajjeb li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddies. Il-ħinijiet ser ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa, imma ser tiżdied quddiesa fit-8.30 am.
    • L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, jiċċelebra d-19-il sena minn mindu sar saċerdot filwaqt li Dun Christopher Bugeja jiċċelebra t-3 snin minn mindu sar saċerdot. Nifirħulhom u nawgurawlhom, u nkomplu nwiegħduhom it-talb u l-koperazzjoni.
    • Fis-6.00am l-Arċipriet se jiċċelebra quddiesa fil-Buskett (fiż-żona ta’ quddiem l-għar); u
    • Mis-7:30am sa nofsinhar – Il-Kumitat Festa Esterna jkompli bil-fiera tal-Imnarja.
  5. Il-Ħadd 02/07:
    • Ġabra speċjali li tmur b’risq il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Grazzi.
  6. Avviżi oħra:
    • Min jixtieq jirreklama fil-ktieb tal-festa għandu jkellem lill-Arċipriet sal-Ħadd li ġej.
    • Fil-weekend li ġej (mill-Ġimgħa 30/06 sal-Ħadd 2/07) ser issir il-Maratona tal-Volleyball fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq il-ħidma tal-istess dar.
    • Il-Ġimgħa 7/07 – Filgħaxija ser ikollna Bar-B-Q għall-familja kollha, li jinkludi wkoll tombla. Dan ser isir fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Booking miftuħ fis-sagristija.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, jiġifieri offerta li tmur f’fond li jamministra l-Papa u li bih jagħmel għotjiet ta’ karità. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.