avvizi parrocca

Avviżi – 10.09.2023

Avviżi – 10.09.2023 –  It-23 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. L-Erbgħa 13/09; fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  2. Il-Ħamis 14/09; wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  3. Il-Ġimgħa 15/09; fis-7.30pm il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Lejla Maltija, li tinkludi ikel Malti u logħob ta’ tombla, fil-pjazza ħdejn il-Knisja bħala għeluq tal-attivitajiet tas-Sajf. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Dingli’.
  4. Il-Ħadd 17/09, ikun Jum l-Art Imqaddsa u għalhekk il-ġbir fil-Knisja ser ikun biex ngħinu l-ħidma tal-Patrijiet Franġiskani fil-ħarsien tal-postijiet sagri marbuta ma’ ħajjet Ġesu’ u l-Madonna.
    Il-Ħadd li ġej ukoll il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali u fis-7.30pm se tittella’ serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali.
  5. Il-Ġimgħa 22/09 se jiġi organizzat JESUS FEST għat-tfal kollha. Nibdew fis-6.30 pm b’quddiesa ta’ tmiem is-sajf fil-grawnd tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u wara jkollna logħob u xi ikel.
  6. Avviżi oħra:
    • L-Għaqda tal-Kompensatriċi Nazzjonali ser torganizza Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, u wara ikla fl-istess post. Dan ser isir il-Ġimgħa 29/09 bit-trasport jitlaq fl-4.30pm. Booking fis-Sagristija sal-lum.
    • Waslet ir-rivista FLIMKIEN għax-xhur ta’ Settembru u Ottubru u għalhekk nistedinkom tieħdu kopja għall-familja minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
    • Nirringrazzja lil dawk li jagħtu sehemhom fil-liturġija b’mod speċjali l-letturi, animaturi u dawk li jmexxu l-kant fil-quddies. Xtaqt inħeġġeġ nies ġodda biex jibdew jagħtu sehemhom f’dan l-aspett, kemm fil-quddies tal-Ħdud kif ukoll dak ta’ matul il-ġimgħa. Dawk interessati għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
    • Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru tibda s-sena tad-duttrina għat-tfal li jattendu fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa tagħna. Ġenituri li għandhom ulied li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2024), għandhom jitolbu 2 formoli mingħand is-superjuri u wara li jimlewhom jgħadduhom lis-superjuri mill-aktar fis flimkien ma’ ċertifikat tal-Magħmudija li jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-knisja fejn irċevew dan is-sagrament. Dawk li ser ikun hemm xi tibdil fejn jattendu d-duttrina, mitluba jinfurmaw lis-superjuri wkoll.
    • Dettalji ta’ meta ssir ir-reġistrazzjoni u tal-jiem u l-ħinijiet tad-duttrina jinkisbu mingħand is-Superjuri u mill-paġni ta’ facebook tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 630 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja.
    • € 145 bħala donazzjonijiet għall-istess għan. Nirringrazzjakom.

 

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.