Avviżi – 17.09.2023 – L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 17/09, il-Kunsill Lokali jfakkar Jum Ħad-Dingli:
- fid-9.00am se tiġi ppreżentata lill-Arċipriet bandiera bl-arma tal-parroċċa biex tittella’ fuq id-Dar Parrokkjali;
- fid-9.30am fil-knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali u li għaliha mistieden kulħadd; u
- fis-7.30pm ssir serata mużiko-letterarja fi Triq il-Kappella Medjevali.
- L-Erbgħa 20/09:
- Fl-10.00am ser issir ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Anzjani, bit-tema: Ilkoll b’saħħitna fi Kristu: Anzjani b’Missjoni – Quddiesa ċċelebrata mill-Isqof George Frendo O.P. flimkien ma’ Mons. Charles Cordina, Vigarju għad-Djakonija, fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
- Il-Ġimgħa 22/09, JESUS FEST għat-tfal kollha tal-parroċċa:
- Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa ta’ għeluq is-Sajf fil-grawnd tal-
- M.U.S.E.U.M. tas-Subien li fiha qed nistiednu lit-tfal jattendu mal-familjari tagħhom. Wara jkollna logħob u ikel. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Tfal.
- Avviżi oħra:
- Fuq talba tal-Isqfijiet, il-Caritas qed tikkoordina ġbir ta’ fondi għall-popli tal-Marokk u l-Libja li ntlaqtu minn terremot u għargħar. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet li mbagħad iwassalhom lill-Caritas jew b’kontijiet bankarji li l-Caritas għandha għal dan il-għan.
- B’rabta mas-sena tad-duttrina infakkru lil dawk il-ġenituri li għandhom ‘l uliedhom li se jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena li ġejja (2024), biex jieħdu l-formoli tar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikati tal-Magħmudija ta’ wliedhom, f’dawn il-jiem:
- Mill-Museum tas-Subien:
- It-Tnejn 18/09 – bejn is-6.00pm u s-7.30pm; u
- Mill-Museum tal-Bniet:
- It-Tnejn 18/09 u t-Tlieta 19/09 – bejn is-6.30pm u t-8.00pm;
- Mill-Museum tas-Subien:
- Jekk hemm min għandu xi diffikultà jista’ jagħmel appuntament f’ħin ieħor.
- Dettalji oħra dwar il-jiem u l-ħinijiet tad-duttrina jinkisbu mingħand is-Superjuri u l-paġni ta’ facebook tal-M.U.S.E.U.M.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
Ikkummenta