Avviżi – 08.10.2023 – Is-27 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Mit-Tnejn 09/10 sal-Ġimgħa 13/10 – Ġimgħa Familja:
- Kuljum fis-7.00 p.m. ser ikollna laqgħat fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes. Jekk verament inħobbu l-familja tagħna, irridu ninvestu fiha u dan hu mezz li l-parroċċa qed toffrielkom b’laqgħat b’suġġetti attwali li se jkunu ndirizzati minn kelliema esperti fosthom saċerdoti, psikologu, għalliema, u ġenituri li jikkoordinaw il-grupp ‘Drachma’. Inħeġġu l-koppji biex jattendu. Fiċ-ċentru stess ser ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Għal aktar dettalji tistgħu tiġbru fuljett minn ħdejn il-bibien tal-Knisja jew issegwu l-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- It-Tlieta 10/10:
- Fid-9.30am tibda l-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dakinhar ser ikollna ċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fil-bidu ta’ sena oħra ta’ laqgħat u wara nkomplu b’attivita’ soċjali. Infakkru li dan il-grupp hu miftuħ għan-nisa kollha.
- Il-Ħamis 12/10:
- Fis-7.15pm ser issir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-laqgħa ser issir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien.
- Il-Ġimgħa 13/10:
- Fil-5.00pm jingħad Rużarju mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fl- ispazju miftuħ Dylan Zahra (ħdejn il-grawnd tal-futbol). Inħeġġu lir-residenti li jgħixu fl-inħawi tal-grawnd tal-futbol biex jattendu.
- Il-Ħadd 15/10:
- Mid-9.30am sa 12.00pm ser isir Seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu matul is-sena d-dieħla. Is-seminar jinkludi wkoll il-quddiesa tal-Ħadd.
- Fl-aħħar jiem ġiet installata kamra ġdida tas-sodda lil tifel li jgħix f’Dar Fra Diegu. L-inizjattiva ttieħdet mill-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa tagħna grazzi għall-fondi li nġabru mit-tfal u benefatturi, u x-xogħol volontarju li sar biex inħadmet u ġiet installata. Grazzi lil kull min kellu sehem.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 660 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
Ikkummenta