avvizi parrocca

Avviżi – 15.10.2023

Avviżi – 15.10.2023  –  It-28 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 15/10:
    • Mid-9.30am sa 12:00pm isir seminar fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2024, u jinkludi l-quddiesa tal-Ħadd.
  2. It-Tlieta 17/10:
    • L-Isqfijiet qed iħeġġuna biex dakinhar tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi fl-Art Imqaddsa, fl-Ukrajna u fil-popstijiet kollha li għaddejjin minn kalvarju u ġlied.
    • Il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” li tibda fid-9.30am ser issir fil-Knisja Arċipretali billi s-suġġet ser ikun dawra mal-istorja tal-parroċċa u l-opri tal-arti u oġġetti ta’ interess li nsibu fil-knisja tagħna.
  3. Il-Ħamis 19/10:
    • Fis-7.15pm, l-Arċipriet jiltaqa’ mal-ġenturi u l-parrini tal-adolexxenti li se jirċeivu l-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħa ssir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien.
  4. Il-Ġimgħa 20/10:
    • Fil-5.00pm jingħad ir-Rużarju mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fil-parti ta’ isfel ta’ Triq il-Mitħna, Triq il-Qawsalla u Triq is-Salesjani. Ir-residenti mistiedna jattendu.
  5. Il-Ħadd 22/10, Jum il-Missjoni:
    • L-offerta tal-quddies tkun biex ngħinu lill-missjunarji fit-twettieq ta’ ħidma ta’ evanġelizazzjoni u karita’ f’diversi artijiet. Fid-djar qed jaslu envelopes apposta li fihom tistgħu tibgħatu l-offerta tagħkom b’cekk bil-posta lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu l-envelope bid-donazzjonijiet mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-jiem inżommu f’talba lill-missjunarji Maltin, fosthom ‘l Dun George Scerri mill-parroċċa tagħna li jinsab il-Peru’.
  6. Il-Ġimgħa 28/10:
    • Ikun l-aħħar Ġimgħa ta’ Ottubru. Filgħaxija l-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pasta Buffet fiċ-Ċentru Parrokkjali, li tinkludi wkoll tombla. Il-booking miftuħ mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-festa. Qed jintlaqgħu wkoll ordnijiet għal ħelu tradizzjonali tal-għadam ta’ Novembru.
  7. Avviżi oħra:
    • Is-Sibt 21/10 u l-Ħadd 22/10, fid-Dar tal-Kleru ser ikunu jumejn ta’ Fiera ta’ kotba, xtieli, kejkijiet, u frott. Tibda bil-quddiesa tad-9:30am u tkompli sal-5:00pm. Kulħadd mistieden.
    • Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin, se norganizzaw ikla għall-irġiel nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 115 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  9. Nitolbu għal ruħ Nazzareno Azzopardi li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.