Avviżi – 12.11.2023 – It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena
- L-Erbgħa 15/11:
- Fil-5.00pm, rużarju u wara quddiesa u laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd organizzata mill-Għaqda tal-Kompensatriċi, fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret, fir-Rabat. Min beħsiebu jattendi, jinkiteb fis-sagristija sal-lum.
- Il-Ħamis 16/11:
- Fis-7.00pm ikollna ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-knisja.
- Is-Sibt 18/11:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day; bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu sa nhar il-Ħamis fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Il-Ħadd 19/11:
- Il-ġabra fil-quddiesa ser tkun b’risq il-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
- It-Tnejn 20/11, It-Tlieta 21/11, u l-Ħamis 23/11:
- Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser jkun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof.
- Avviżi oħra:
- Nhar il-Ġimgħa 8/12, festa pubblika, ser norganizzaw ġurnata Christmas shopping fi Sqallija. Programm dettaljat minn fuq il-mejda tal-offerti jew min ħdejn il-bibien tal-ġnub tal-Knisja. Dawk interessati għandhom jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lill-Arċipriet.
- Għal żmien il-Milied qed nippjanaw diversi attivitajiet. Fosthom nixtiequ li ċ-ċelebrazzjoni ta’ qabel il-quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-knisja tkun bis-sehem tat-tfal. Għalhekk, tfal fl-etajiet bejn is-7 u l-14-il sena li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba jinkitbu fis-sagristija sa’ nhar il-Ħadd li ġej. Dettalji oħra jingħataw ‘il quddiem.
- Illum fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħobż ta’ San Martin u ħelu ieħor tradizzjonali.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 715 bħala ġabra speċjali għax-xogħol ta’ manutenzjoni fiċ-Ċimiterju;
- € 315 mill-Ikla tal-Irġiel organizzata nhar il-Ġimgħa; u
- € 50 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna li tagħtu biex issostnu lill-parroċċa fil-ħidmiet tagħha.
Ikkummenta