avvizi parrocca

Avviżi – 05.11.2023

Avviżi – 05.11.2023  –  Il-31 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 05/11:
    • Fl-4.00pm mill-Knisja jitlaq Pellegrinaġġ bis-sehem tal-fratelli għaċ-ċimiterju tal-parroċċa. Fl-4.30 pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa u fi tmiem isir it-tberik tal-oqbra.
  2. It-Tnejn 06/11:
    • Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  3. Il-Ħamis 09/11:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fil-Knisja.
  4. Il-Ġimgħa 10/11:
    • Fis-6.30pm quddiesa u wara attività għall-irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin: Ikla għand taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq paġna ta’ facebook tal-parroċċa sa nhar l-Erbgħa. It-trasport jitlaq fis-7.15pm minn ħdejn l-għassa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
  5. Is-Sibt 11/11 u l-Ħadd 12/11:
    • Minn fuq iz-zuntier ikollna għall-bejgħ ħelu fosthom Ħobż ta’ San Martin.
  6. L-Erbgħa 15/11:
    • L-Għaqda tal-Kompensatriċi se torganizza mument ta’ talb, quddiesa u laqgħa ta’ formazzjoni fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret, fir-Rabat. Il-laqgħa tibda bir-Rużarju fil-5.00 p.m. Min beħsiebu jattendi jinkiteb fis-sagristija sal-Ħadd 12/11.
  7. Avviżi oħra:
    • Infakkar li beda jintlaqa’ il-booking tal-intenzjonijiet tal-Quddies għas-sena 2024 b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin. Min jixtieq jagħmel dan mitlub jiġbor formola minn fuq il-mejda tal-offerti. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom, iġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti.
    • Matul din il-ġimgħa ngħata rikonoxximent lill-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tagħna fin-Nazzareno Vassallo Awards 2023 li jirrikonoxxi l-ħidma ta’ attenzjoni u kura b’risq il-membri tal-komunità u s-soċjetà tagħna. Waqt li nifirħu lill-membri li jiffurmaw din il-kummissjoni li tgħin familji u individwi fi ħtiġijiet differenti, nistiednu persuni ġodda li jixtiequ jissieħbu f’din il-ħidma siekta u tant bżonnjuża fil-ħajja tal-parroċċa biex javviċinaw lill-Aripriet.
    • Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, festa pubblika, se norganizzaw ġurnata Christmas Shopping fi Sqallija. Dettalji fil-jiem li ġejjin mill-paġna ta’ facebook tal-parroċċa u mis-sagristija.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 20 bħala donazzjoni b’risq il-Missjoni;
    • € 411.54 bħala donazzjonijiet għal Dar Fra Diegu mill-attivita’ organizzata mill-Kummissjoni Tfal fil-festa tal-qaddisin kollha; u
    • € 165 f’donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.