avvizi parrocca

Avviżi – 10.12.2023

Avviżi – 10.12.2023  –  It-Tieni Ħadd tal-Avvent

  1. Illum 10/12:
    • Mit-8:30am sas-1:00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela. Meħtieġa l-karta tal-identità u l-maskra.
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja għandna il-Bazaar tal-Milied b’riżq il-parroċċa. Inħeġġukom biex wara l-quddiesa jew f’ħin ieħor tagħtu titwila. Il-Bazar jibqa’ miftuħ sa nhar l-Erbgħa.
  2. It-Tlieta 12/12:
    • Fid-9.30am – Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dakinhar ser issir introduzzjoni għal sensiela ta’ taħdidiet li ser isiru matul Jannar sa nofs Frar dwar kif tista’ tiżviluppa ħiliet biex tindirizza l-istress u tkampa aħjar ma’ sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja. Dawn il-laqgħat ser isiru b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa u huma miftuħa għal kulħadd.
  3. Il-Ħamis 14/12:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza buffett breakfast tal-Milied f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp sat-Tnejn filgħodu.
    • Fis-7.00pm ser ikollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Il-Ġimgħa 15/12: Tibda n-Novena tal-Milied
    • Matul il-ġimgħa fil-knisja din issir darbtejn kuljum:
      • Filgħodu wara l-quddiesa tas-7:30am; u filgħaxija wara l-quddiesa tas-6:30pm, u li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Il-ħsieb fil-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikun WAQFIET FIL-PRESEPJU fl-okkażjoni tat-800 sena mill-ewwel presepju li sar minn San Franġisk ġewwa Greccio. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li se jitqassam fid-djar bid-dettalji kollha u anke fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’.
    • Tul il-jiem tan-Novena għandna naraw li nuru aktar ġenerożità mal-persuni u familji fil-bżonn billi nieħdu sehem fl-inizjattivi ta’ karità li l-parroċċa qed tinkoraġixxi f’dan iż-żmien.
    • Il-presepju prinċipali tal-Knisja din is-sena se jiġi armat f’post ċentrali fil-Knisja u se jiġi inawgurat nhar il-Ġimgħa, fi tmiem il-quddiesa ta’ filgħaxija. Għal żmien il-Milied ukoll fil-Knisja se jkollna wkoll wirja ta’ diorami u presepji, f’inizjattiva li l-parroċċa qed tieħu f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex – Malta.
  5. Il-Ħadd 17/12:
    • Minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu tal-Milied.
  6. Avviżi oħra:
    • Nirringrazzjaw lil dawk li diġa’ kellmuna biex għall-Milied jagħtu rigal lit-tfal li jgħixu f’Dar Fra Diegu. Min jixtieq jagħmel l-istess jista’ jiġbor envelope bl-informazzjoni kollha mingħand l-membri tal-Kummissjoni Tfal.
    • L-Erbgħa 20/12, fis-7.15pm se jkollna Kunċert tal-Milied fil-knisja arċipretali ta’ madwar siegħa mtella’ mill-Parroċċa Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għax dan hu mod ieħor kif nidħlu fl-ispirtu tal-Milied.
    • Tajjeb ukoll naħsbu għas-Sagrament tal-Qrar u biex lejlet il-Milied filgħaxija nieħdu sehem fid-Dimostrazzjoni tal-Bambin organizzata mill-membri tal-MUSEUM u mbagħad għall-quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-Knisja.
    • Il-parroċċa ser torganizza kompetizzjoni għall-isbaħ presepju u tieqa mżejna. Fil-kompetizzjoni tal-presepji ser ikollna żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar. Dawk interessati jieħdu sehem iħallu isimhom għand l-Arċipriet jew fis-sagristija.
    • Fid-djar tqassmu l-biljetti u d-dettalji kollha tal-lotterija tal-Milied organizzata mill-Kumitat tal-Festa Esterna.
    • Fis-sagristija qed jittieħdu l-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li ser norgazzinaw il-Ħamis 28/12.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 700 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja;
    • € 100 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.