avvizi parrocca

Avviżi – 17.12.2023

Avviżi – 17.12.2023  –  It-Tielet Ħadd tal-Avvent

  1. Bħalissa ninsabu fin-Novena tal-Milied. Il-programm tqassam fid-djar tagħna u jinsab ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Inħeġġukom tieħdu sehem għaċ-ċelebrazzjonijiet tan-Novena u ta’ żmien il-Milied, tersqu għat-tqarbin u thejju ruħkom bis-sagrament tal-qrar. Is-saċerdoti aħna disponibbli kull meta nintalbu personalment u mill-Ħamis sal-Ħadd li ġej filgħaxijiet ser ikollna diversi ħinijiet ta’ qrar. Id-dettalji kollha jinsabu fil-programm.
  2. Illum 17/12, minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali tal-Milied.
  3. L-Erbgħa 20/12:
    • Mit-8.00am ‘il quddiem isir il-ħasil tal-knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ kull min jista’.
    • Fis-7.15pm – Kunċert tal-Milied mill-Kor Parrokkjali ‘Regina Coeli’ fil-Knisja, madwar il-presepju prinċipali. Ser ikollna wkoll spjega u l-inawgurazzjoni tal-wirja ta’ diorami u presepji li qed intellgħu madwar il-knisja flimkien tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta. Kulħadd mistieden u nħeġġu għal attendenza sabiħa.
  4. Il-Ħadd 24/12, Ir-raba’ Ħadd tal-Avvent u filgħaxija Lejlet il-Milied:
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jsir it-tberik tal-Bambini. Inħeġġu lill-familji bi tfal u adoloxxenti biex jattendi u jġibu magħhom xi grotta jew bambin ħalli nberkuhom.
    • Fil-5.00pm – Quddiesa tal-Vġili tal-Milied
    • Fis-6.00pm – Kulħadd mistieden jieħu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin li tibda mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien, iddur f’diversi toroq tar-raħal u tispiċċa fil-Knisja Arċipretali, fejn isir programm speċjali mtella’ mit-tfal stess.
    • Fil-10.15pm – tinfetaħ il-knisja;
    • Fil-10.45pm – tibda velja li tinkludi pageant din is-sena ffukat fuq l-istorja ta’ San Franġisk li 800 sena ilu għamel l-ewwel presepju ħaj fi Greccio, l-Italja. Wara, jkollna purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin li titqiegħed fuq l-altar għall-qima tagħna, u ssir il-Prietka tat-tifel.
    • F’12:00am – tibda l-Quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
    • Inħeġġiġkom ħafna biex tieħdu sehem fil-quddiesa ta’ nofs il-lejl għax b’hekk tassew inkunu flimkien niċċelebraw it-tifkira tal-veru Milied.
  5. It-Tnejn 25/12, Il-Milied:
    • Il-ħin tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00pm.
  6. Avviżi oħra:
    • Inħeġġu biex fid-djar narmaw ix-xbieha tal-Bambin u xi grotta jew presepju. Il-parroċċa qed torganizza kompetizzjonijiet tal-isbaħ presepju u tieqa mżejna. Fil-kompetizzjoni tal-presepji għandna żewġ kategoriji: tat-tfal u tal-kbar. Dawk interessati jieħdu sehem iħallu isimhom fis-sagristija jew għand l-Arċipriet.
    • Fis-sagristija qed jittieħdu l-bookings għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li ser issir il-Ħamis 28 ta’ Diċembru. Nitilqu minn Ħad-Dingli fit-8.30am. Se mmorru r-Rabat u naraw wirjiet ta’ presepji, ikollna l-ikla flimkien Marsalforn, immorru n-Nadur inżuru xi presepji u fl-aħħar inżuru x-Xagħra fejn nieħdu sehem fil-quddiesa u wara nattendu hemmhekk stess għal kunċert tal-Milied mill-Orkestra Santa Ċeċilja u solisti. Niġu lura mal-vapur tal-9.45pm.
    • Fid-djar tqassmu l-envelopes tal-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” li ta’ kull sena fi żmien il-Milied taħseb li tiġbor donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. L-envelopes tistgħu tħalluhom f’kaxxa li hemm apposta fuq il-mejda tal-offerti sal-ewwel jum tas-sena meta filgħaxija s-somma miġbura tiġi ppreżentata lid-Dar tal-Providenza waqt il-maratona annwali.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.