Avviżi – 24.12.2023 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
- Illum 24/12:
- Fl-4.30 pm – jibda servizz ta’ qrar fil-knisja;
- Fil-5.00pm – Quddiesa tal-Vġili tal-Milied;
- Fis-6.00pm – Kulħadd mistieden jieħu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin li tibda mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien, iddur f’diversi toroq tar-raħal u tispiċċa fil-Knisja Arċipretali, fejn isir programm speċjali.
- Fil-10.15pm – Tinfetaħ il-knisja;
- Fil-10.45pm – Tibda velja li tinkludi pageant, segwita mill-purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesu’ Bambin u l-prietka tal-Milied biex f’nofsillejl tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
- Inħeġġiġkom ħafna biex nieħdu sehem fil-quddiesa ta’ nofsillejl għax b’hekk inkunu tassew flimkien niċċelebraw it-tifkira tal-veru Milied.
- It-Tnejn 25/12; il-Milied:
- Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00.
- Il-Ħamis 28/12:
- Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Nitilqu minn ħdejn l-għassa fit-8.30am. Se mmorru r-Rabat u naraw wirjiet ta’ presepji, ikollna l-ikla Marsalforn, immorru n-Nadur inżuru xi presepji u fl-aħħar inżuru x-Xagħra fejn nieħdu sehem fil-quddiesa u wara nibqgħu hawnhekk għal kunċert tal-Milied mill-Orkestra Santa Ċeċilja u solisti. Niġu lura mal-vapur tal-9.45pm. Booking sa nhar it-Tlieta mis-sagristija.
- Il-Ġimgħa 29/12; nagħtu bidu għall-kwaranturi.
- Il-knisja se tkun miftuħa bejn it-8.00am u s-6.30pm u jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali.
- F’dawn il-jiem il-kappella tal-Adorazzjoni tkun magħluqa. Inħeġġiġkom ħafna ssibu ħin tiġu l-knisja għal mument ta’ talb quddiem Ġesú Ewkaristija.
- Is-Sibt 30/12:
- It-tieni jum tal-kwaranturi; mit-8.00am sal-4.30pm ikollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni.
- Fis-6.30pm – Quddiesa animata mill-Grupp Familji Nsara ‘Sagra Familja’.
- Il-Ħadd 31/12:
- Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sal-4.45pm l-knisja tkun miftuħa għal aktar ċans ta’ talb u adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Fil-5.00pm ninġabru flimkien fil-knisja għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ tmiem is-sena li fiha nroddu ħajr lil Alla għall-2023 u f’għeluq it-345 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum, u tingħata l-Barka Sagramentali.
- It-Tnejn 01/01; Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.
- Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00 pm.
- Avviżi oħra:
- L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq fil-jiem li ġejjin u jerġa’ jiftaħ nhar it-Tnejn 8/1.
- Inħeġġukom tħallu fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti l-envelopes bid-donazzjoni tagħkom fil-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” għad-Dar tal-Providenza. Is-somma miġbura tiġi ppreżentata nhar l-ewwel tas-sena filgħaxija waqt il-maratona annwali.
- Sal-ewwel tas-sena wkoll qed jinġabru l-biljetti tal-lotterija organizzata mill-Kumitat Festa Esterna. Jekk hawn min jixtieq aktar biljetti jista’ jiġbor pakkett minn fuq il-mejda tal-offerti.
- Il-parroċċa qed torganizza kompetizzjoni tal-isbaħ presepju jew tieqa ta’ dar imżejna. Min jixtieq jieħu sehem għandu jħalli ismu fis-sagristija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 25 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal Maria Carmela Vassallo li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta