Avviżi – 28.01.2024 – Ir-4 Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tlieta 30/01:
- Fid-9.30 am jkomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Il-Ħamis 01/02:
- Il-parroċċa ġiet mistiedna biex tieħu sehem f’quddiesa u adorazzjoni mas-seminaristi fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtu. Fis-6.00pm jitlaq it-trasport minn ħdejn l-għassa biex fis-6.30 tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat u wara jkollna l-quddiesa. Inkunu lesti għall-ħabta tat-8.00 pm. Min jixtieq jattendi jista’ jinkiteb għat-trasport fis-sagristija sa nhar l-Erbgħa filgħodu.
- Il-quddiesa fil-parroċċa ser issir bħas-soltu.
- Il-Ġimgħa 02/02, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju (il-Kandlora) u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar
- Filgħodu – Isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-knisja; u
- Fis-6:30pm – Quddiesa bit-tberik tax-xemgħa li hi simbolu ta’ Ġesu’, id-dawl tagħna. Għal din il-quddiesa qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal li din is-sena ser jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina jew tal-Griżma tal-Isqof, u l-ġenituri tagħhom biex jattendu u jġibu xemgħa magħhom.
- Il-Ħadd 04/02:
- Ġabra speċjali biex inkopru x-xiri tal-pasturi tal-presepju u jkun jista’ jsir il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja. Grazzi.
- Avviżi oħra:
- Matul ix-xahar ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għal dawk li ġejjin minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Aktar infromazzjoni tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja: knisja.mt fit-taqsima: ‘Skejjel tal-Knisja’.
- Is-Sibt 10 ta’ Frar, festa pubblika, se jkollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-attivita’ tibda fil-5.15pm u nkunu lesti sat-8 pm. Kitba fis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 35 bħala donazzjoni b’risq ix-xiri tal-pasturi tal-presepju. Nirringrazzjawkom.
Ikkummenta