Fid-9.30am laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali; parti mit-taħdidiet b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa. Kulħadd mistieden.
Il-Ħamis 08/02:
Fis-7.15pm ser issir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
Is-Sibt 10/02, Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta:
Dakinhar aħna l-insara għandna l-obbligu li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa bil-ħinijiet ikunu bħal tal-Ħadd. Il-Ġimgħa 09/02 filgħaxija l-quddiesa tas-6.30 tkun ta’ din is-solennita’; u s-Sibt 10/02 filgħodu jkollna quddiesa fis-6.30, fit-8.00, fid-9.30 u fil-11.00. Filgħaxija l-quddiesa tkun fl-4.30pm u wara ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. (Ma jkollniex il-quddiesa tas-6.30pm u l-quddiesa tas-Sibt fl-4.30 tkun tal-festa ta’ San Pawl u għalhekk ma tissodisfax l-obbligu tal-Ħadd).
Mill-5.15pm sat-800pm se jkollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
Wara l-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd li ġej minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival.
Avviżi oħra:
Fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa, wara li s-sena li għaddiet lestejna l-bdil tal-ewwel kwart tal-kaptelli tal-wiċċ tal-oqbra tal-komun, kif avżat diġa’ din is-sena se nbiddlu t-tieni kwart. Biex isir dan, lejn l-aħħar ta’ Frar/bidu ta’ Marzu se jitnaddfu l-oqbra tal-komun bin-numri minn 38 sa’ 50. Dawk li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra tal-komun li semmejt għandhom jitkellmu mal-Arċipriet dwar fejn jixtiequ li jitrasferixxu l-fdalijiet tal-għeżież tagħhom: hux f’xi qabar privat jew fil-kannierja taċ-ċimiterju.
Napprezzaw il-ġenerożità tagħkom biex inħallsu għall-ispejjeż li l-bdil tal-kaptelli jirrikjedu u b’hekk inkomplu nwettqu l-manutenzjoni meħtieġa biex nieħdu ħsieb dan il-post għażiż.
Matul din il-ġimgħa daħlu:
€ 70 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja. Grazzi.
Nitolbu għal Grace Farrugia u Nicholas Vella, li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
When you visit any web site, it may store or retrieve information on your browser, mostly in the form of cookies. Control your personal Cookie Services here.
For perfomance reasons we use Cloudflare as a CDN network. This saves a cookie "__cfduid" to apply security settings on a per-client basis. This cookie is strictly necessary for Cloudflare's security features and cannot be turned off.
Preference cookies enable a website to remember information that changes the way the website behaves or looks, like your preferred language or the region that you are in.
Ikkummenta