Avviżi – 04.02.2024 – Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena
- It-Tlieta 06/02:
- Fid-9.30am laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali; parti mit-taħdidiet b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa. Kulħadd mistieden.
- Il-Ħamis 08/02:
- Fis-7.15pm ser issir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
- Is-Sibt 10/02, Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta:
- Dakinhar aħna l-insara għandna l-obbligu li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa bil-ħinijiet ikunu bħal tal-Ħadd. Il-Ġimgħa 09/02 filgħaxija l-quddiesa tas-6.30 tkun ta’ din is-solennita’; u s-Sibt 10/02 filgħodu jkollna quddiesa fis-6.30, fit-8.00, fid-9.30 u fil-11.00. Filgħaxija l-quddiesa tkun fl-4.30pm u wara ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. (Ma jkollniex il-quddiesa tas-6.30pm u l-quddiesa tas-Sibt fl-4.30 tkun tal-festa ta’ San Pawl u għalhekk ma tissodisfax l-obbligu tal-Ħadd).
- Mill-5.15pm sat-800pm se jkollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’.
- Wara l-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd li ġej minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom tal-Karnival.
- Avviżi oħra:
- Fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa, wara li s-sena li għaddiet lestejna l-bdil tal-ewwel kwart tal-kaptelli tal-wiċċ tal-oqbra tal-komun, kif avżat diġa’ din is-sena se nbiddlu t-tieni kwart. Biex isir dan, lejn l-aħħar ta’ Frar/bidu ta’ Marzu se jitnaddfu l-oqbra tal-komun bin-numri minn 38 sa’ 50. Dawk li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra tal-komun li semmejt għandhom jitkellmu mal-Arċipriet dwar fejn jixtiequ li jitrasferixxu l-fdalijiet tal-għeżież tagħhom: hux f’xi qabar privat jew fil-kannierja taċ-ċimiterju.
- Napprezzaw il-ġenerożità tagħkom biex inħallsu għall-ispejjeż li l-bdil tal-kaptelli jirrikjedu u b’hekk inkomplu nwettqu l-manutenzjoni meħtieġa biex nieħdu ħsieb dan il-post għażiż.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 70 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal Grace Farrugia u Nicholas Vella, li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta