avvizi parrocca

Avviżi – 10.03.2024

Avviżi – 10.03.2024  –  Ir-4 Ħadd tar-Randan

  1. Mit-Tnejn 11/03 sal-Erbgħa 13/03:
    • Filgħodu jsiru l-eżerċizzi tat-tfal fl-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli.
  2. Mit-Tnejn 11/03 sal-Ġimgħa 15/03:
    • Fil-quddiesa tas-6:30pm jsiru l-Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd fil-Knisja li se jitmexxew minn Dun Gilbert Scicluna, il-Viċi Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re’ f’Raħal Ġdid. Inħeġġeġ għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa.
  3. It-Tnejn 11/03:
    • Fil-4.45pm fil-Knisja jkollna l-Ewwel Qrara għat-tfal bniet li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju.
  4. It-Tlieta 12/03:
    • Fis-6.00pm – It-tfajliet tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet ser itellgħu play b’messaġġ għal dan iż-żmien tar-Randan u bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa. Din l-attività ser issir fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet stess, u ddum sas-7.15pm. Ser ikun hemm repetizzjoni l-Ġimgħa 15/03. Kulħadd mistieden.
  5. Il-Ħamis 14/03:
    • Fil-4.45pm, fil-Knisja jkollna l-Ewwel Qrara għat-tfal subien.
  6. Il-Ħadd 17/03, Il-5 Ħadd tar-Randan:
    • Nistgħu inkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li se tkun ħdejn il-Knisja mit-8.30am sas-1.00pm. Meħtieġa l-Karta tal-Identità.
    • Fid-9:30am – Quddiesa bis-sehem tat-Tfal li għamlu l-Ewwel Qrara.
    • Il-Ħadd li ġej ukoll se tkun miftuħa għall-ewwel darba għall-pubbliku l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li l-grupp tal-Abbatini qed jorganizza fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum, bit-tema: “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja . . .” (Ġw. 3,16).
    • Wara nofsinhar qed nistiednu lill-familji bit-tfal biex jiġu għal mixja li tibda fis-2.30 p.m. minn fuq iz-zuntier tal-Knisja u tintemm bi żjara lill-wirja fil-kappella tal-Maddalena. Matul it-triq se jsiru xi ħsibijiet għat-tfal dwar ir-Randan.
  7. Avviżi oħra:
    • Infakkru fl-għotjiet għall-proġetti ta’ armar għall-festa. L-envelopes li tqassmu fid-djar tistgħu tħalluhom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali jew f’kaxxi fi ħwienet li hemm imniżżla fuq l-envelope stess. Nirringrazzjawkom.
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day mifruxa fuq tliet ijiem; nhar il-Ġimgħa 15/03 filgħaxija; is-Sibt 16/03 f’nofsinhar u fil-festa pubblika ta’ San Ġużepp f’nofsinhar. Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
    • Infakkar li kemm tul dan il-weekend u kemm f’dak li ġej, għandna Bring and Buy f’Dar Dun Ġwann Abela. Minn hemmhekk issibu tixtru oġġetti ġodda jew second hand bil-prezz tiffissawh intom bi qbil magħna. Għandna wkoll għall-bejgħ ħelu ta’ dan iż-żmien u qed jittieħdu ordnijiet għall-figolli li nwassluhomlkom fid-djar eqreb għall-Għid. Nistednukom tagħtu titwila wara l-quddiesa.
    • Infakkar ukoll li:
      • It-Tlieta 26/03 fil-Ġimgħa Mqaddsa – Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss mirakoluż meqjum fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta;
      • L-Erbgħa 03/04 – Ġurnata Għawdex; u
      • Bejn is-Sibt 31/08 u l-Erbgħa 04/09 – Ġita għas-Santwarju Marjan ta’ Lourdes fi Franza.
      • Il-booking u dettalji mis-sagristija jew il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 815 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-knisja.
    • € 30 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Grazzi.
  9. Nitolbu għal ruħ Rita Abela li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.