avvizi parrocca

Avviżi – 03.03.2024

Avviżi – 03.03.2024  –  It-3 Ħadd tar-Randan

  1. Mit-Tnejn 04/03 sal-Ġimgħa 08/03 ser ikollna kors ta’ eżerċizzi spiritwali għal kulħadd li ser isiru filgħodu b’dan il-programm:
    • Fid-9.00am tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċentru Parrokkjali; u
    • Fid-9.30am fiċ-ċentru stess isiru l-eżerċizzi li se jitmexxew minn Fr Norbert Bonavia MSSP.
  2. It-Tnejn 04/03:
    • Fis-7.15pm se ssir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
  3. It-Tlieta 05/03:
    • Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  4. L-Erbgħa 06/03:
    • Mit-3.30pm sas-6.30pm l-Għaqda tal-Kompensatriċi qed torganizza irtir fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa n-Nigret. Min jixtieq jattendi jinkiteb fis-sagristija sat-Tnejn 4/03.
  5. Il-Ġimgħa 08/03:
    • Fis-7.15pm laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
  6. Avviżi oħra:
    • F’dan ir-Randan aħna mħeġġa nitolbu, nisimgħu l-Kelma ta’ Alla u nagħmlu ġesti ta’ karita’. Għal dan il-għan:
      • Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn;
    • Min jixtieq jista’ jħalli donazzjoni fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, bil-flus miġbura ser jingħataw lis-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika li jaħdem ma’ persuni jew familji li qed jgħixu fil-faqar jew li jinqalgħawlhom bżonnijiet kbar għall-għarrieda. Il-karus ta’ mħabba li tqassam lit-tfal ser ikun għal dan il-għan ukoll. Tfal li għad m’għandhomx dan il-karus jistgħu jiġbru wieħed minn fuq il-mejda li għandna fuq l-artal, ħdejn il-kurċifiss.
    • Mill-Ġimgħa sal-Ħadd li ġej se jkun l-ewwel minn żewġ weekends tal-attivita’ Bring and Buy li se norganizzaw f’Marzu f’Dar Dun Ġwann Abela. Minn hemmhekk issibu tixtru oġġetti ġodda jew second hand bil-prezz tiffissawh intom bi qbil magħna. Se jittieħdu wkoll ordnijiet ta’ figolli li nwassluhomlkom fid-djar.
    • Fis-sagristija qed nieħdu l-ismijiet ta’ dawk li nhar is-26 ta’ Marzu jixtiequ jattendu għall-Pellegrinaġġ li l-parroċċa se torganizza għax-xbieha tal-Kurċifiss Mirakoluż li jinsab fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt. It-trasport se jitlaq minn Ħad-Dingli fl-4.15pm u se jintużaw mini-buses biex iwassluna qrib kemm jista’ jkun tal-Knisja Ta’ Ġieżu.
    • Ħareġ il-programm dettaljat tal-Pellegrinaġġ li se norganizzaw fis-sajf li ġej għal Lourdes. Tistgħu tiġbru kopja minn fuq il-mejda tal-offerti jew minn ħdejn il-bibien tal-ġnub tal-knisja. Booking u aktar informazzjoni mis-sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. Id-dati tal-ġita huma mis-Sibt 31 ta’ Awwissu sal-Erbgħa 4 ta’ Settembru.
    • Fid-djar tqassmu envelopes biex ngħinu ħidmet il-Kumitat Festa Esterna fil-ħarsien tal-armar tal-festa ta’ Santa Marija u biex ikompli b’investiment ġdid f’dan is-settur. L-envelopes bid-donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti fil-knisja; fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali; jew f’kaxxi f’xi ħwienet f’Ħad-Dingli stess kif hemm spjegat fuq l-envelope u fil-flyer li tqassam miegħu.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 35 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.