avvizi parrocca

Avviżi – 25.02.2024

Avviżi – 25.02.2024  –  It-2 Ħadd tar-Randan

  1. Mit-Tnejn 26/02 sal-Ġimgħa 01/03:
    • Fis-7.00pm fil-Knisja ser isiru l-Eżerċizzi tal-Familja mmexxija minn Mons. Paul C. Vella. Il-koppji u l-mexxejja tal-familji tagħna mhux biss huma mistiedna imma mħeġġa jattendu għal din l-opportunità li l-parroċċa qed toffri biex f’dan ir-Randan nisimgħu, nitolbu u nirriflettu fuq il-Kelma ta’ Alla.
  2. L-Erbgħa 28/02:
    • Mis-7.00am, fiċ-Ċimiterju ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun bin-numri 38 (XXXVIII) sa’ 50 (L). Jekk hawn xi familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra u għadhom ma kellmux lill-Arċipriet huma mitluba jikkuntatjawh sa sa għada.
  3. Il-Ġimgħa 01/03, tkun l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu – Isir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  4. Il-Ħadd 03/03:
    • Ġabra speċjali li tmur għax-xogħol ta’ manutenzjoni tal-bjur tal-knisja.
  5. Avviżi oħra:
    • Infakkar fil-ġesti ta’ karità li qed ninkuraġġixxu f’dan ir-Randan:
      • Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn;
      • Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għall-karità jista’ jħallihom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, bil-flus miġbura ser jingħataw lis-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika li jaħdem ma’ persuni jew familji li qed jgħixu fil-faqar jew li jinqalgħawlhom bżonnijiet kbar għall-għarrieda u jipprovdulhom għajnuniet differenti fosthom akkomodazzjoni temporanja u anke għajnuna professjonali. Il-karus ta’ mħabba li tqassam lit-tfal ser ikun għal dan il-għan ukoll.
    • Xtaqna ninfurmawkom b’dawn l-attivitajiet li l-parroċċa se torganizza fiż-żmien li ġej:
      • Il-Pellegrinaġġ li nagħmlu kull sena fir-Randan din is-sena ser ikun għall-Kurċifiss mirakoluż meqjum fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt. Dan ser isir nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu, waqt il-Ġimgħa Mqaddsa.
      • L-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Dettalji aktar ‘il quddiem.
      • Wara l-festa ta’ Santa Marija ser norganizzaw ġita għas-Santwarju Marjan ta’ Lourdes fi Franza. Id-dati ser ikunu bejn is-Sibt 31 ta’ Awwissu sal-Erbgħa 4 ta’ Settembru. Booking u aktar dettalji mill-ġimgħa d-dieħla fis-Sagristija jew l-Uffiċċju Parrokkjali.
  6. Ir-Rettur tas-Seminarju bagħat jirringrazzjana għall-ġabra li għamilna l-ġimgħa l-oħra għas-Seminarju u li laħħqet l-€ 1,100. Nibqgħu nitolbu għas-seminaristi tagħna u għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
  7. Nitolbu għal Jane Cortis li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.