Avviżi – 17.03.2024 – Il-5 Ħadd tar-Randan
- Illum 17/03:
- Mit-8.30am sas-1.00pm – Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit ħdejn il-Knisja. Meħtieġa l-karta tal-identita’.
- Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem tat-Tfal li għamlu l-Ewwel Qrara.
- Matul il-ġurnata miftuħa għall-ewwel darba għall-pubbliku l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li l-grupp tal-Abbatini qed jorganizza fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum. U b’rabta ma’ din il-wirja, l-Abbatini wkoll qed jorganizzaw mixja għall-familji li tibda fis-2.30pm minn fuq iz-zuntier tal-knisja u tintemm fil-kappella tal-Maddalena, fejn hemm il-wirja.
- F’Dar Dun Ġwann Abela ħdejn il-Knisja għaddej il-Bring & Buy b’riżq il-parroċċa fejn għandna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar u ħelu tradizzjonali ta’ dan iż-żmien tas-sena. Qed jittieħdu wkoll ordnijiet għall-figolli li mbagħad jitwasslu fid-djar eqreb għall-Għid. Il-Bring and Buy jiftaħ għall-aħħar darba nhar it-Tlieta 19/03.
- It-Tlieta 19/03, Solennità ta’ San Ġużepp u festa pubblika:
- Tkun ħaġa sabiħa li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddiesa, li jkun fis-6.00, fis-7.30 u fit-8.30am. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.30pm.
- F’nofsinhar il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day b’deliveries fid-djar. Kitba fis-sagristija sal-lum.
- Il-Ħamis 21/03, Jum il-Midinbin u r-Rikonċiljazzjoni:
- Dakinhar ser noffru servizz ta’ qrar bejn 6.30 u s-7.30am; u filgħaxija fis-5.45 tibda ċelebrazzjoni ta’ maħfra li matulha jkollna wkoll konfessuri għall-qrar li jibqgħu sas-7.00pm.
- Il-Ġimgħa 22/03, Festa Devozzjonali tad-Duluri:
- Filgħodu qrar minn wara l-quddiesa tas-6.00 sa qabel il-quddiesa tas-7.30. Ikollna quddiesa barranija f’12.00 bis-sehem tat-tfal tal-iskola.
- Filgħaxija, il-Knisja tiftaħ fl-4.30 fejn ikollna servizz ta’ qrar. Fil-5.30 tiġi ċċelebrata quddiesa, wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri u kif tintemm il-purċissjoni tiġi ċċelebrata quddiesa oħra.
- Is-Sibt 23/03:
- Se jinbidel ħin ta’ quddiesa filgħaxija, li minflok fis-6.30 se tibda nofs siegħa qabel, fis-6.00, minħabba l-pageant organizzat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija.
- Il-Ħadd 24/03:
- Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa permezz tat-tifkira tad-Dħul Solenni ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Fid-9.00 am titlaq il-purċissjoni mill-knisja lejn il-M.U.S.E.U.M. tas-subien biex fid-9.10 issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Minn hemmhekk nitilgħu f’purċissjoni lejn il-knisja biex fid-9.30 tibda l-quddiesa solenni. Dakinhar it-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba.
- Programm bid-dettalji kollha se jitqassam fid-djarna u jkun ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- Avviżi oħra:
- Infakkar fil-ġesti ta’ karità li qed ninkoraġġixxu f’dan ir-Randan:
- Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn;
- Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għall-karità jista’ jħallihom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, bil-flus miġbura ser jingħataw lis-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika li jaħdem ma’ persuni jew familji li qed jgħixu fil-faqar jew li jinqalgħawlhom bżonnijiet kbar għall-għarrieda u jipprovdulhom għajnuniet differenti fosthom akkomodazzjoni temporanja u anke għajnuna professjonali.
- Infakkar ukoll li:
- It-Tlieta 26/03, fil-Ġimgħa Mqaddsa, se norganizzaw Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss mirakoluż meqjum fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt; Trasport jitlaq fl-4.15pm minn ħdejn l-għassa; u
- L-Erbgħa 03/04 – Ħarġa ta’ Ġurnata Għawdex.
- Il-booking u dettalji mis-sagristija.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-knisja. Grazzi.
Ikkummenta