avvizi parrocca

Avviżi – 31.03.2024

Avviżi – 31.03.2024  –  L-Għid il-Kbir

  1. Illum 31/03, Ħadd il-Għid il-Kbir:
    • L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-armar, fit-tħejjijiet u fl-organizazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awguri lill-familjari u l-qraba kollha.
    • Il-quddiesa tad-9.30am se tkun organizzata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara nkomplu fuq iz-zuntier bit-tberik tal-figolli li jkunu ġabu magħhom. Wara l-quddiesa tal-4.30pm joħroġ il-Vjatku Solenni tal-morda.
  2. It-Tnejn 01/04:
    • Jibda t-tberik tal-familji. L-Arċipriet u s-saċerdoti daħlu għal dan l-impenn li fuq seba’ ġimgħat jżuru u jbierku d-djar kollha tal-parroċċa tagħna. It-tberik isir mill-4.30pm ‘il quddiem. Programm u dettalji dwar kif ser isir it-tberik qed jitqassmu fid-djar tal-familji.
  3. It-Tlieta 02/04:
    • Il-Kummissjoni Tfal qed tistieden lit-tfal u l-familji għal ħarġa fil-btajjel tal-Għid. Fid-9.00am, jinġabru fejn il-knisja biex imorru għal żjara fl-istudios ta’ CPI Media f’Santa Venera fejn jiġu rrekordjati u imxandra diversi programmi soċjo-reliġjużi għall-istazzjonijiet televiżivi. Se jkollhom ukoll mument ta’ talb u rikreazzjoni fil-ġnien ta’ dan il-post. Dawk li se jattendu għandhom ikellmu lill-membri tal-Kummissjoni Tfal jew jinkitbu fis-sagristija.
  4. L-Erbgħa 03/04:
    1. Ikollna l-ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Fadal l-aħħar ftit postijiet għal min hu interessat. Filgħodu t-trasport jiltaq minn ħdejn l-għassa fis-7.30 am.
  5. Il-Ġimgħa 05/04, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar fil-knisja.
  6. Il-Ħadd 07/04, niċċelebraw il-festa tal-Ħniena Divina:
    • Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat; u
    • Fil-5.00pm tibda l-quddiesa.
    • Minn dakinhar, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5.00pm.
  7. Avviżi oħra:
    • Il-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq u tul iż-żmien tat-tberik jiftaħ biss nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
    • Fis-sajf, bejn il-31 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru, il-parroċċa se tagħti l-opportunita’ li wieħed jagħmel l-esperjenza ta’ pellegrinaġġ f’Lourdes. Min hu interessat jista’ jiġbor kopja tal-programm minn ħdejn il-bibien tal-Knisja jew minn fuq il-mejda tal-offerti. Aktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 115 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-knisja. Kif forsi innutajtu, matu it-Tridu tal-Għid bdejna nużaw parti minn din is-sistema u x-xogħol se jissokta fil-ġimgħat li ġejjin. Nirringrazzjakom.
  9. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil Mario Micallef li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.