avvizi parrocca

Avviżi – 28.04.2024

Avviżi  – 28.04.2024  –  Il-5 Ħadd tal-Għid

  1. It-Tlieta 30/04:
    • Fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru b’taħdita informattiva dwar suġġett attwali: “l-iscams fuq l-internet.”
  2. L-Erbgħa 01/05 – Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
  3. Mejju hu xahar li l-Knisja tiddedika lil Ommna Marija u aħna mħeġġin nitolbu b’aktar impenn it-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-ġranet fost il-ġimgħa, ir-Rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.30am u fis-6.00pm. Tul dan ix-xahar ukoll, bil-għajnuna tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija, ir-Rużarju se jingħad ukoll fil-beraħ f’diversi żoni tal-parroċċa.
  4. Il-Ġimgħa 03/05, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom u fit-8.30am jkollna servizz ta’ qrar fil-Knisja.
  5. Is-Sibt 04/05:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza l-aħħar Pie Day qabel il-waqfa tas-Sajf. L-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  6. Il-Ħadd 05/05:
    • Ġabra speċjali li tmur biex il-parroċċa tħallas is-sehem tagħha għas-sistema l-ġdida tad-dawl għall-knisja u biex inkomplu l-manutenzjoni fil-knisja.
    • Il-Kummissjoni Tfal Dingli ser torganizza Pasta Buffett f’nofsinhar bħala ġest ta’ karita’ għal Dar Fra Diegu. L-ikla ser issir fil-każin tal-banda.
  7. Avviżi oħra:
    • Nirringrazzjawkom tal-laqgħa sabiħa li qed tagħtuna fit-tberik tal-familji li issa jkompli l-ġimgħa d-dieħla. Grazzi wkoll tal-offerti tagħkom biex il-parroċċa tkun tista’ tibqa’ tkun tal-aħjar servizz għalikom.
    • Il-Bazaar ta’ Jum l-Omm ser isir fi tmiem il-ġimgħa li jitfakkar dan il-jum; bejn il-Ħamis 9 u l-Ħadd 12 ta’ Mejju.
    • Għal min qed jistaqsi għall-programm tal-Ġita għal Lourdes fis-Sajf li ġej, tistgħu tiġbru kopja minn fuq il-mejda tal-offerti jew minn ħdejn il-bibien tal-ġnub tal-Knisja. Il-postijiet qed jimtlew u min hu mħajjar għandu jkellem lill-Arċipriet, kemm għal aktar informazzjoni u anke għall-booking.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 25 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-bejt tal-knisja u s-sehem tal-parroċċa għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl aktar effiċjenti għall-knisja. Grazzi.
  9. Nitolbu għal ruħ Crocefissa Abela li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.