avvizi parrocca

Avviżi – 05.05.2024

Avviżi  – 05.05.2024  –  Is-6 Ħadd tal-Għid

  1. It-Tlieta 07/05:
    • Fid-9.30 am – Laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat fiċ-Ċentru.
    • Fil-5.00 pm – Rużarju fil-beraħ mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn iċ-Ċimiterju. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
  2. L-Erbgħa 08/05, Festa tal-Madonna ta’ Pompej:
    • Fil-11.30 am nitolbu r-Rużarju u tingħad is-Supplika lill-Madonna u f’12.00pm tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Knisja.
  3. Il-Ħamis 09/05 – Festa ta’ San Ġorġ Preca:
    • Fis-6.30pm – Quddiesa animata mill-membri tal-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-parroċċa.  Kulħadd mistieden jattendi.
    • F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, jiftaħ il-Bazaar ta’ jum l-Omm b’riżq il-parroċċa fejn ser ikollna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar, pjanti u ħelu fost oħrajn. Il-Bazaar jibqa’ għaddej il-weekend kollu, sal-Ħadd 12/05.
  4. Il-Ħadd 12/05, is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema u Jum l-Omm:
    • Fid-9.00 am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
  5. It-Tnejn 13/05:
    • Fis-7.15 pm laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
  6. It-Tlieta 14/05:
    • Filgħodu l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ se jorganizza ħarġa fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm li se tikkonsisti f’Buffet Breakfast f’lukanda f’San Ġiljan. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
  7. Is-Sibt 18/05:
    • Mis-7.30 pm ‘il quddiem Mons. Arċisqof se jippresiedi Vġili ta’ Talb f’Pentekoste fil-knisja ta’ San Publiju, il-Floriana. Kulħadd mistieden jieħu sehem u jiċċelebra d-don tal-Ispirtu s-Santu biex bħala Knisja nkunu xhieda ferrieħa tal-imħabba t’Alla fi żmienna.
  8. Avviżi oħra:
    • Ikompli t-tberik tal-familji. Infakkar li bħalissa l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ nhar ta’ Ħamis filgħaxija.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 155 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
  10. Nitolbu għal ruħ Anthony Fenech li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.