Avviżi – 12.05.2024 – Is-7 Ħadd tal-Għid
It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum il-Komunikazzjoni Soċjali
- Il-Ħadd 12/05:
- F’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, għandna l-Bazaar ta’ Jum l-Omm b’riżq il-parroċċa fejn ser ikollna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar, pjanti u ħelu fost oħrajn. Il-Bazaar jintemm illejla.
- Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Fil-quddiesa tad-9.30am, li tkun bis-sehem tat-tfal, se niftakru b’mod speċjali fl-ommijiet ħajjin u mejtin.
- It-Tnejn 13/05:
- Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
- It-Tlieta 14/05:
- Filgħodu – Ħarġa fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm organizzata mill-Grupp tan-Nisa Magnificat li tikkonsisti f’Buffet Breakfast f’lukanda f’San Ġiljan. It-trasport jitlaq fid-9.00am minn ħdejn l-għassa. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp sat-Tnejn.
- Fis-7.30pm – Rużarju fil-beraħ animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija f’Misraħ il-Mafkar. Ir-residenti tal-madwar mistiedna jattendu u jitolbu flimkien din it-talba tant għażiża.
- Il-Ħamis 16/05:
- Fis-7.15pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa ser issir fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien.
- Is-Sibt 18/05:
- Fis-7.30pm jibda Vġili ta’ Talb ta’ Pentekoste fil-knisja ta’ San Publiju, il-Floriana. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana li se titmexxa minn Mons. Arċisqof se tkun animata minn diversi movimenti u għaqdiet fi ħdan il-Knisja f’Malta. Kulħadd mistieden jieħu sehem u jiċċelebra d-don tal-Ispirtu s-Santu biex bħala Knisja nkunu xhieda ferrieħa tal-imħabba t’Alla fi żmienna.
- Il-Ħadd 19/05, Għid il-Ħamsin:
- Il-ġbir fil-quddies ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ barra ta’ Santa Marija.
- Fid-9.30am – quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
- Avviżi oħra:
- Il-programm tat-tberik tal-familji jintemm nhar l-Erbgħa 15/05 bit-tberiki ta’ Triq il-Merill, Triq San Pawl tal-Pitkali, u Tal-Wata, li kellhom jiġu postposti mill-ġimgħa l-oħra. Dawk li ma setgħux ikunu d-dar u jixtiequ jbierku għandhom ikellmu lill-Arċipriet biex jingħataw appuntament għall-jiem li ġejjin.
- Il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tixtieq tfakkar li dawk il-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ din is-sena (2024) huma mitluba jirreġistraw lil uliedhom mill-aktar fis. Għaldaqstant min għadu ma kitibx it-tfal, jista’ jagħmel dan billi jiġbor applikazzjoni mill-iskola stess.
- Il-ġita għal Lourdes li qed tiġi organizzata mill-parroċċa fis-sajf li ġej ser issir mit-30 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru. Min jixtieq kopja tal-programm, aktar informazzjoni u booking jista’ jkellem lill-Arċipriet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 775 bħala ġabra speċjali b’risq il-manutenzjoni tal-knisja;
- € 538 bħala ġest ta’ karità għal Dar Fra Diegu mill-Pasta Buffett organizzat mill-Kummissjoni Tfal Dinglin u donazzjonijiet oħra li daħlu għal dan il-għan. Nirringrazzjawkom.
Ikkummenta