avvizi parrocca

Avviżi – 02.06.2024

Avviżi  – 02.06.2024  –  Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi

  1. Illum 02/06:
    • Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.
    • Fil-5.00pm – Quddiesa solenni mmexxija mis-Salesjan, Dun Sandro Camilleri, u animata mill-Kor Regina Coeli.
    • Wara, purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, l-abbatini, il-fratelli, u l-Għaqda Mużikali Santa Marija, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa. Tintemm bil-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
  2. Il-Ġimgħa 07/06, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u festa tal-Qalb ta’ Ġesù:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Mit-8.00am sa nofsinhar – Ġesu’ Sagramentat ikun espost għall-Adorazzjoni fil-knisja;
    • Fis-6.30pm – Quddiesa mmexxija minn Dun Christopher Bugeja, u animata mill-Kor ‘Regina Coeli’;
    • Wara, purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, l-iScouts, u l-abbatini, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Għar Bittija, il-31 ta’ Diċembru 1678, ix-Xefaq, Widnet il-Baħar, l-Irdum u tispiċċa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet fejn isir l-Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesù u tingħata l-Barka Sagramentali.
  3. Is-Sibt 08/06:
    • Il-quddiesa tal-4.30 pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  4. Il-Ħamis 13/06:
    • Fis-6:30pm – Quddiesa, ħin qasir ta’ adorazzjoni, u wara attività għall-irġiel: Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Trasport jitlaq fis-7.30pm. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom jiġu wkoll.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 65 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.