avvizi parrocca

Avviżi – 09.06.2024

Avviżi  – 09.06.2024  –  L-10 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tnejn 10/06:
    • Fid-9.00am – Quddiesa fid-Day Centre.
  2. Il-Ħamis 13/06:
    • Se norganizzaw mument flimkien għall-irġiel. Nibdew fis-6.30pm bil-quddiesa fil-Knisja. Wara jkollna ħin qasir ta’ adorazzjoni u mbagħad immorru għal Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sa nhar it-Tlieta. Se norganizzaw ukoll transport li jitlaq minn ħdejn l-għassa fis-7.30pm. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu magħhom ħbieb tagħhom.
  3. Il-Ħadd 16/06, Jum il-Missier:
    • Fid-9.00am isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju u fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.
  4. Avviżi oħra:
    • Qegħdin nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. Tfal subien – minn dawk li rċevew l-Ewwel Tqarbina ’l fuq – u li huma mħajrin jissieħbu f’dan il-grupp li jagħti servizz importanti fil-parroċċa jistgħu ikellmu lill-Arċipriet jew lil Dun Christopher Bugeja.
    • Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fis-6.30pm se tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija.
    • Il-grupp mill-parroċċa tagħna li mill-31 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru li ġej ser jagħmlu esperjenza f’Lourdes qed jingħaqad b’ammont sabiħ ta’ nies li kkonfermaw li ġejjin. Persuni interessati jiġu jistgħu jkellmu lill-Arċipriet jew jiġbru kopja tal-programm dettaljat minn ħdejn il-bibien tal-ġnub tal-knisja.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 670 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-proġetti ta’ restawr u manutenzjoni;
    • € 530 bħala donazzjonijiet b’risq l-istess għan. Nirringrazzjakom.
  6. Nitolbu għal ruħ Paul Tanti li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.