Avviżi – 16.06.2024 – Il-11-il Ħadd ta’ matul is-Sena
Jum il-Missier
- Illum 16/06:
- Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji tal-parroċċa se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin. Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tawgura u tirringrazzja lill-missirijiet kollha għas-sehem importanti tagħhom fil-familji tagħna.
- It-Tlieta 18/06, l-Erbgħa 19/06, u l-Ħamis 20/06:
- Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. F’dawn il-jiem jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
- Il-Ħamis 20/06:
- Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ħadd 23/06:
- Issir il-ġabra speċjali magħrufa bħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, jiġifieri offerta b’risq l-għotjiet ta’ karità li jagħmel il-Papa.
- Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija. Ikun hemm ikel u xorb.
- Avviżi oħra:
- Dawk li jixtiequ jagħmlu reklam fil-programm tal-festa ppublikat mill-parroċċa għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 80 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja; u
- € 315 minn għotjiet li saru waqt l-Ikla tal-Irġiel. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
Ikkummenta