Avviżi – 23.06.2024 – It-12-il Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 23/06:
- Minn fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti; u biljetti għal raffle b’diversi rigali sbieħ organizzat mill-Abbatini tal-parroċċa tagħna. Il-qliegħ kollu ser imur għall-missjoni fil-Perù tas-saċerdot u tabib Raymond Portelli, missjunarju Għawdxi li ilu 30 sena jaħdem hemmhekk. Il-flus se jitwasslulu direttament minn Dun Christopher Bugeja li x-xahar li ġej se jkun qed iwettaq esperjenza missjunarja ma’ Dun Raymond Portelli.
- Fis-6.30pm – Quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, u wara tberik tal-pets fil-bidu tal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija. Kulħadd mistieden.
- It-Tlieta 25/06:
- Fis-7.15pm – Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
- Il-Ħamis 27/06:
- Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 28/06:
- Mis-7.30 pm ‘il quddiem – Il-Kumitat Festa Esterna jtella’ l-fiera tal-Imnarja bħala parti mill-attivitajiet organizzati fil-Buskett.
- Is-Sibt 29/06, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl – L-Imnarja:
- Tajjeb li nqaddsu dan il-jum ta’ btala pubblika bis-sehem tagħna fil-quddies. Il-ħinijiet tal-quddiesa fil-Knisja Arċipretali jkunu fis-6.00 u fis-7.30am, u filgħaxija fl-4.30 u fis-6.30.
- Fis-6.00am l-Arċipriet jiċċelebra quddiesa bħala parti mill-programm tal-Imnarja fil-Buskett u wara l-Kumitat Festa Esterna jkompli bil-fiera sa nofsinhar.
- Il-Kan. Arċipriet David Farrugia jiċċelebra l-20 sena u Dun Christopher Bugeja jiċċelebra r-4 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom. Nifirħulhom, nawgurawlhom, u nwiegħduhom it-talb u l-koperazzjoni tagħna.
- Il-Ħadd 30/06:
- Il-ġbir fil-quddies ikun il-ġabra tal-Imnarja, għall-festa ta’ barra.
- Avviżi oħra:
- Il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa se jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja. Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna, familja jew entita’ fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju. Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.
- Il-Ġimgħa 05/07: Filgħaxija ser ikollna Lejla Maltija għall-familja kollha, li tinkludi wkoll tombla. L-attivita’ ser isir fil-pjazza ħdejn il-Knisja. Booking mis-sagristija jew mill-facebook ’Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Min jixtieq jirreklama fil-ktieb tal-festa għandu jkellem lill-Arċipriet sal-Ħadd li ġej.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ Tereża Fenech li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta