Avviżi – 02.02.2025 – Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju
- Kif avżat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, beda x-xogħol ta’ tqaxxir taż-żebgħa fil-kappelluni tal-Knisja. Bil-għan li x-xogħol ikompli b’ritmu tajjeb u jitnaqqas l-inkonvenjent għal kulħadd, mit-Tnejn sal-Ġimgħa l-quddiesa kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan l-arranġament se jibda mit-Tnejn 03/02. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.15 am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali.
- Il-Ġimgħa 07/02, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
- Is-Sibt 08/02:
- Mill-4.30pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- It-Tnejn 10/02, Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta:
- Infakkru għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddies, bil-ħinijiet ikunu bħal dawk ta’ nhar l-Ħadd u l-quddiesa ssir fil-Knisja.
- Avviżi oħra:
- Matul ix-xahar ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għal dawk li ġejjin minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-sit elettroniku: www.knisja.mt fit-taqsima: ‘Skejjel tal-Knisja’.
- Dwar iċ-Ċimiterju, wara li fl-aħħar sentejn inbidlu l-kaptelli tal-wiċċ ta’ nofs l-oqbra tal-komun, din is-sena jmiss li nibdlu ta’ kwart ieħor. Għaldaqstant lejn l-aħħar ta’ Frar ser jitnaddfu l-oqbra tal-komun bin-numri minn 1 sa’ 12. Dawk li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra li semmejt għandhom ikellmu lill-Arċipriet u jinfurmawh fejn jixtiequ li jitrasferixxu l-fdalijiet tal-għeżież tagħhom: hux f’xi qabar privat jew fil-kannierja taċ-ċimiterju. Napprezza l-ġenerożità tagħkom biex inħallsu l-ispejjeż li dan ix-xogħol qed jirrikjedi u b’hekk inkomplu nwettqu l-manutenzjoni meħtieġa biex nieħdu ħsieb dan il-post għażiż.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 505 bħala donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ Paul Vassallo, li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
Ikkummenta