avvizi parrocca

Avviżi – 09.02.2025

Avviżi – 09.02.2025  –  Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. It-Tnejn 10/02: Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta:
    • Infakkar li għandna l-obbligu li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa bil-ħinijiet ikunu bħal tal-Ħadd, jiġifieri:- Illum 09/02 fl-4:30pm; u għada t-Tnejn 10/02 fis-6.30am, fit-8.00am, fid-9.30am, fil-11.00am u fl-4.30pm.
  2. Infakkru li minħabba x-xogħol li qed isir fil-knisja, matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tlieta sas-Sibt filgħodu l-quddiesa kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00 am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħu l-okkażjoni nirringrazzja lil kulħadd tal-koperazzjoni u lil dawk kollha li qed jgħinu b’mod volontarju fix-xogħol u fit-tindif.
  3. It-Tlieta 11/02:
    • Fid-9.30am jkompli l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  4. Il-Ħamis 13/02:
    • Fis-7.15pm qed nistiednu lill-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena għal-laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
  5. Avviżi oħra:
    • Il-ġbir fil-quddies tal-Ħadd li ġej ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ Santa Marija.
    • Il-ġimgħa d-dieħla jkompli t-tberik tal-familji: it-Tlieta Triq ix-Xefaq u l-Ġimgħa Triq Ġuże’ Ebejer. Is-saċerdoti jżuru d-djar mill-4.00pm ‘il quddiem.
    • Matul Frar qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għal dawk li ġejjin minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja: knisja.mt fit-taqsima: ‘Skejjel tal-Knisja’.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 950 bħala ġabra speċjali għax-xogħol li għaddej bħalissa fil-Knisja; u
    • € 300 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Nirringrazzjakom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.